“Inkwetaw b’dak li qed tagħmel ir-Russja”

Rex Tillerson, li sal-lbieraħ kien qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Istat fl-Amerka, wissa b’azzjonijiet u atteġjamenti inkwetanti tar-Russja.
Dan qalu waqt l-aħħar diskors tiegħu wara li lbieraħ tkeċċa mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump għax saħaq li ma jaqblux bejniethom.
Tillerson insista li r-Russja hemm bżonn li tevalwa jekk l-azzjonijiet tagħha humiex qed jittieħdu verament fl-aħjar interess taċ-ċittadini, u d-dinja kollha.
Fid-diskors tiegħu, Tillerson la rringrazzja lil Trump u bil-wisq inqas faħħru tax-xogħol li qed jagħmel.
Id-diżgwidi li kellu Tillerson ma’ Trump kienu frekwenti u bosta minnhom pubbliċi. 
Trump ħareġ din l-aħbar fuq Twitter, fejn qal li postu se jittieħed minn Mike Pompeo, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Intelliġenza Ċentrali (CIA).