“Inkwetanti li l-istazzjonijiet barranin ħakmuna” – Hermann Bonaci

Wara li lbieraħ ġie ppubblikat l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu ta’ Marzu, il-produttur u attur Hermann Bonaci kien minn ta’ quddiem biex esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tax-xandir f’Malta. Hekk kif bosta kienu dawk li bdew, kif inhu xieraq, iħabbru s-suċċessi tagħhom, Bonaci rrimarka li hija inkwietanti kif ħareġ ovvju f’dan l-istħarriġ li l-istazzjonijiet barrannin qed jiġbdu aktar udjenzi mill-istazzjonijiet Maltin. Il-figuri maħruġa huma ‘l bogħod mill-130,000 telespettatur li sensiliet bħal Simpatiċi kienu jattiraw sa ftit tas-snin ilu.

Kollha f’daqqa, l-istazzjonijiet ta’ barra ġibdu iktar udjenza minn TVM, li huwa l-aktar stazzjon segwit fil-gżejjer Maltin.

L-aħbarijiet tat-8pm ta’ TVM huwa l-aktar segwit min matul il-ġranet kollha u jattira udjenza bejn 127,000 telespettatur u 192,827 telespettatur, filwaqt li programmi oħra ġibdu numru konsiderevoli ta’ udjenzi, bid-drama l-aktar ġeneru popolari mal-Maltin. Dan apparti li l-programm Xarabank ġie ddikjarat bħala l-iżjed programm segwit fost il-programmi lokali kollha, b’udjenza ta’ 65,995 telespettatur fil-ħin tad-9pm.

L-Għarusa ġiet ikkonfermata bħala d-drama l-aktar segwita b’udjenza ta’ 63,946 fil-ħin tad-9pm, il-ħin li fil-fatt tkun qed tixxandar.

Il-klassifika kompluta tal-popolarità tad-drama fuq l-istazzjonijiet lokali hija kif ġej, dejjem fil-ħin tad-9pm meta l-episodju jkun beda jixxandar sħiħ:

L-Għarusa (TVM) 63,946

F’Ġieħ L-Imħabba (TVM) 36,758

Game Over (ONE) 30,219

Elf Metodu (ONE) 14,830

Sorelle (TVM) medja ta’ 7,733 telespettaur kuljum, bl-aktar ġurnata segwita rreġistata jkun il-jum ta’ Tnejn b’11,943 telespettatur.

Iż-Żagħka (Net) 5,039

Fattigi (Net) 3,686