“Inkwetanti l-ispejjeż tal-ħajja u l-kirjiet għoljin” – Mark Pisani

Il-kirjiet għoljin fil-ħajja tal-lum saru waħda mill-ikbar problemi ta’ pajjiżna. Dan qaluh bosta kandidati mill-Partit Nazzjonalista waqt it-tielet sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali. Fost il-bosta temi li ntlaqtu waqt din is-sessjoni, ħafna mill-kandidati tkellmu fuq il-problemi tal-kirjiet.

Mark Pisani saħaq kif illum il-ġurnata l-ispejjeż tal-ħajja iktar qed jiżdiedu, fosthom il-kirjiet li maż-żmien qed ikomplu jogħlew. Mill-banda l-oħra Roderick Caruana saħaq fuq kif hawn nies jgħixu fil-garaxxijiet, fit-toroq u anke fix-xelters u sostna li għal dawn in-nies, il-Gvern Laburista m’għandux flus.

Sean Gauci kompla billi anke indirizza l-problemi fis-soċjetà Maltija, fosthom il-kirjiet għoljin u n-nuqqas ta’ sigurtà fit-toroq Maltin.