Filmat: “Inkunu responsabbli” – Sebastian

Il-kantant żagħżugħ Sebastian Calleja li naraw b’mod regolari fil-programm Ħadd Għalik ingħaqad mad-diversi personalitajiet li qed iwasslu l-messaġġi tagħhom permezz ta’ newsbook.com.mt. B’mod partikolari huwa jindirizza liż-żgħażagħ.

Huwa jħeġġeġ biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu jistudjaw biex jaslu fejn ilhom jispiraw u jfakkar li se jasal ukoll iż-żmien fejn ingawdu u niċċelebraw flimkien.

Filwaqt li jħeġġeġ biex nisimgħu minn dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet jappella wkoll biex inkunu responsabbli.

Segwi l-messaġġ fil-filmat f’din il-paġna.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn