Read in English.
Bis-saħħa tal-parteċipazzjoni ta’ awturi mistiedna, pubblikaturi u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-kotba u l-kitba, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kull sena jħejji programm rikk ta’ attivitajiet u avvenimenti.
L-Inkontri Letterarji Qosra huma opportunità ġdida waqt il-Festival għal dawk li huma interessati fid-dinja tal-pubblikazzjoni u dejjem xtaqu jkunu jafu aħjar lin-nies li jaħdmu fiha, inkella għandhom xi mistqosija jew jixtiequ jistabbilixxu relazzjonijiet professjonali ġodda.
L-Inkontri Letterarji Qosra jagħtuk il-possibbiltà li titkellem mal-awtur favorit tiegħek, tressaq xi proġett biex tħajjar pubblikatur lokali, jew tiddiskuti ma’ professjonisti stabbiliti modi varji ta’ kif tista’ tidħol fis-suq.
L-inkontru jieħu l-forma ta’ laqgħa ras imb ras li ddum 15-il minuta ma’ awtur jew professjonist fis-settur tal-għażla tiegħek. Tul il-Festival se jkun hemm pubblikaturi, qarrejja tal-provi, kittieba lokali u internazzjonali, illustraturi u nies oħra li se jkunu qed jiddedikaw sessjoni ta’ siegħa li ssir fl-Author’s Hub fis-sala kif tidħol, Sagra Infermerija.
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru
17:30-18:30 – Il-kittieba Amerikana Kali Wallace
17:30-18:30 – Il-ġurnalist u l-kittieb Teodor Reljić
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru
17:30-18:30 – Il-pubblikatur Audrey Cassar (BDL Publishers)
17:30-18:30 – Il-qarrej tal-provi fl-Ingliż Elizabeth Cortis (Proofreading Malta)
18:30-19:30 – Il-professjonist fl-ipprintjar Franco Portelli (Gutenberg Press, Malta)
18:30-19:30 – L-illustratur Marco Scerri (Malta)
20:00-21:00 – Il-kittieb Brittaniku Jon Courtenay Grimwood
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru
17:30-18:30 – Il-pubblikatur Joanne Micallef (FARAXA Publishing, Malta)
17:30-18:30 – Il-pubblikatur Tony Ward (Arc Publishers, UK)
19:00-20:00 – Il-pubblikatur Sarah Davis-Goff (Tramp Press, Ireland)
19:00-20:00 – Il-kittieb Irlandiż Dave Rudden
Is-Sibt 9 ta’ Novembru
10:00-11:00 – Il-pubblikatur Gordon Pisani (Kite Group, Malta)
12:00-13:00 – L-illustratur Steve Scicluna (Malta, Spain)
17:00-18:00 – Il-professjonist fl-ipprintjar David Camilleri (Gutenberg Press, Malta)
18:00-19:00 – Il-kittieba Maltija Loranne Vella
19:00-20:00 – Il-qarrej tal-provi fil-Malti u traduttur Kevin Saliba

L-‘Inkontri Letterarji Qosra’ se jkunu qed isiru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bejn l-Erbgħa 6 ta’ Novembru sas-Sibt 9 ta’ Novembru fl-Author’s Hub, Sala Sagra Infermerija
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 se jsir Dar il-Mediterran, il-Belt, mill-Erbgħa 6 ta’ Novembru sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-programm tal-avvenimenti kollha se jkun qed jitqassam f’kull dar f’Malta u Għawdex fil-ġimagħtejn li ġejjin.
Tista żżur ktieb.com.mt biex tibbukkja l-laqgħa tiegħek mal-parteċipanti ta’ dis-sena.