Ian Abdilla ltaqa’ ma’ Keith Schembri darbtejn wara r-rapport Egrant

Ian Abdilla outside depot

Read in English.

L-Assistent Kummissarju Ian Abdilla mistenni jixhed illum fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Bord ta’ Inkjesta hija magħmula mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, bħala ċ-Chairperson tal-Bord u żewġ membri oħra, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

L-avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia, Andrew Borg Cardona u Peter Caruana Galizia qed jassisti l-familja tal-ġurnalista Caruana Galizia.

Il-punti ewlenin tas-seduta tal-lum:

  • Hemm madwar 60 uffiċjal tal-pulizija li jaħdmu fi ħdan l-Economic Crimes Unit.
  • “Filwaqt li r-rata tal-kriminalitajiet qed tonqos…” qal Abdilla, L-Imħallef Lofaro waqqfitu u qaltlu “tiżdied”.
  • “Dejjem sofrejna minħabba nuqqas ta’ staff. Kien ikollna dawn il-każijiet politiċi. Kellna pressjoni kbira,” Abdilla qal fil-Qorti.
  • “Jien kont liaison officer tal-pulizija għall-FIAU,” qal Abdilla. “Valletta kien direttament fuqi u hu kien fil-bord. Dak li kien jiġi diskuss fuq livell ta’ bord, ma kienx jiġi diskuss miegħi. Dan sakemm ma kienx ikollu bżonn ta’ xi parir,” wieġeb Abdilla.
  • Abdilla jgħid li wara Egrant, kien iltaqa’ darbtejn ma’ Keith Schembri.
  • “Jien ma nindaħalx fix-xogħol tal-Ispetturi tal-Pulizija,” wieġeb Abdilla.
  • Lofaro sostniet “La legge e uguale per tutti (il-liġi hija ugwali għal kulħadd).”
  • Mhux se jkun hemm seduti l-ġimgħa d-dieħla minħabba s-sitwazzjoni bil-coronavirus.
11:13 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
11:12 Is-seduta ġiet sospiża għal pawża qasira. Madanakollu wara l-pawża, ix-xhud se jkompli jixhed wara bibien magħluqa.

Mhux se jkun hemm seduti l-ġimgħa d-dieħla minħabba s-sitwazzjoni bil-coronavirus.
Nicole Borg
11:07 Il-Bord fakkret li Chris Cardona, Keith Schembri u l-Imħallfin kienu ntalbu jmorru lejn il-kwartieri tal-pulizija.

Dr Azzopardi staqsa meta ġara dan, u rrefera għall-inċident bil-karozza.

"Matul il-ġimgħa, it-Times of Malta ppubblika l-istorja," qal Abdilla.

Dr Azzopardi staqsa jekk hu kienx staqsa lil Valletta jekk dan kienx jaf li Fenech ma jiflaħx. Abdilla wieġeb li le.
Nicole Borg
11:02 Dr Azzopardi staqsa dwar il-ħin speċifiku meta Abdilla bħala ECU, kien fi triqtu biex jiltaqa' ma' Yorgen Fenech f'Portomaso meta rċieva telefonata minn Silvio Valletta. Hu kien id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija dak iż-żmien, qabel Novembru tal-2018.

Abdilla kkonferma t-telefonata u qal li Valletta qallu li Fenech kien ma jiflaħx.

Il-Bord staqsa "mela l-imħallfin intlabu jmorru l-kwartieri tal-pulizija, u Fenech marru l-pulizija għandu? x'iddisjkutejtu? kafè u biskuttini?"

Lofaro sostniet "La legge e uguale per tutti (il-liġi hija ugwali għal kulħadd). Messek tlabtu jiġi d-depot."

Abdilla wieġeb "jekk minix żbaljat kien Valletta li ssuġġerixxa dan.
Nicole Borg
10:57 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsieh x'jaħseb dwar 17 Black.

Abdilla wieġeb jgħid li hu jrid jixhed wara bibien magħluqa.

"Inti bgħatt għal dawk li kienu involuti?" staqsiet il-Bord.

"Le," wieġeb Abdilla. Hu żied jgħid li jrid jixhed wara bibien magħluqa dwar 17 Black. Abdilla kien wieħed mill-investigaturi involuti.
Nicole Borg
10:56 "Ma taqbilx li meta kont qed tmexxi l-unit fl-2015, in-numri kienu tal-mistħija?" staqsa Dr Azzopardi.

"Dawk l-ordnijiet mhux jiex noħroġhom. L-Uffiċjali ta' investigazzjoni joħorġu ordnijiet tat-tip," wieġeb Abdilla.

"Imma inti mhux fuqhom?" staqsiet l-Imħallef Lofaro.

"Jien ma nindaħalx fix-xogħol tal-Ispetturi tal-Pulizija," wieġeb Abdilla.
Nicole Borg
10:54 Abdilla ġie mistoqsi jispjega n-numri li huma baxxi.

Abdilla qal li hu jaqbel mal-osservazzjonijiet ta' Dr Azzopardi, li huwa numru baxx.
Nicole Borg
10:52 Azzopardi rrefera għal mistoqsija parlamentari ta' Karol Aquilina għal statistika fuq in-numru ta' ordnijiet għal investigazzjonijiet. Hu qara l-istatistika tal-PQ. Fl-2017, ordni waħd biss ħarġet.
Nicole Borg
10:52 Dr Azzopardi staqsa lix-xhud jekk Schembri kkomunikax miegħu reċentament permezz ta' WhatsApp. "Ma naħsibx," wieġeb Abdilla.
Nicole Borg
10:50 Dr Azzopardi: "Inthom it-tnejn biss kontu f'dawn iż-żewġ laqgħat?"

Abdilla: Suppost kienu f'Mejju jew Ġunju. Minix ċert jekk kienx qabel jew wara l-elezzjoni.

Dr Azzopardi staqsa kemm kien għadda żmien bejn iż-żewġ laqgħat. Abdilla qal li wara li ħarġu d-dokumenti forsi kien hemm perjodu ta' 14-il jum.

Dr Azzopardi staqsa jekk Schembri kienx qed ikellmu f'ismu jew f'isem terzi parti. Abdilla qal li kien qed ikellmu f'ismu.
Nicole Borg
10:46 Dr Azzopardi għamel il-mistoqsijiet tiegħu lix-xhud. Hu staqsa "wara l-2015, inti qatt ikkomunikajt ma' Keith Schembri inkluż b'WhatsApp?"

Abdilla qal li ltaqa' miegħu darbtejn, wara Egrant. Wara li kienu ħarġu ż-żewġ rapporti. Qal li Schembri kien bagħat għalih meta kien assistent kummissarju.

Dr Azzopardi staqsa "allura Schembri bagħat għalik, offrielek kafè u xi staqsa minnek?"

Abdilla qal li Schembri staqsih hu x'kien jaħseb dwar ir-rapporti. Qal li l-laqgħa damet 10 minuti u għidtlu jfittex parir legali.
Nicole Borg
10:44 Hu u jwieġeb mistoqsija ta' Dr Comodini Cachia, Abdilla qal li probabbilment hu kien l-aktar kwalifikat fis-settur.
Nicole Borg
10:41 Ix-xhud jitlob li x-xhieda tiegħu titkompla wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
10:37 Il-Bord ta' Inkjesta staqsa dwar il-Bank Pilatus u meta nqabad Ali Sadr Hasheminejad ħiereġ mill-bank. Abdilla qal li hu kuntent li qed jiġi mistoqsi din il-mistoqsija. Qal li huma għandhom filmati tas-CCTV minn meta Ali Sadr wasal Malta bl-ajruplan sakemm wasal il-bank. Qal li minn filmati tas-CCTV fil-bank, Ali Sadr jidher joħroġ iċ-charger tla-mobile u notepad.

"Aħna morna ġurnata wara u fittixna fil-bagalja," qal Abdilla.

"X'kienet il-bażi legali biex isiru t-tfitxxijiet?" staqsa Abdilla u qabbilha ma jekk pulizija kienx waqqaf maġistrat jew imħallef milli jieħu l-atti ta' każ id-dar biex joħroġ digriet.

"Jien kieku ma jkolli l-ebda problema nuri lill-pulizija x'għandi," wieġbet l-Imħallef Lofaro.
Nicole Borg
10:35 Dr Comodini Cachia staqsa lix-xhud jekk l-ECU pparteċipatx fl-investigazzjonijiet konġunti tal-Europol fuq dawn ir-rapporti li huma fid-dominju pubbliku, u f'kemm investigazzjonijiet tat-tip ipparteċipaw.

Abdilla qal li ma jistax jixhed f'qorti miftuħa.
Nicole Borg
10:34 "Nixtieq nifhem jekk hu jridx jixhed wara bibien magħluqa dwar dak li jinsab fid-dominju pubbliku," qalet Dr Comodini Cachia.
Nicole Borg
10:32 Filwaqt li qal li ma jridx jagħmilha ta' bniedem diffiċli hu kkwota l-att tal-ħasil tal-flus li jgħid li hu ma jista' jiżvela xejn u huwa d-direttur tiegħu biss li jista' jtih permess jitkellem.

Il-Bord qalet li Farrugia diġà ġie eżentat.
Nicole Borg
10:30 Comodini Cachia: "Irċevejt rapporti minn Keith Schembri? Aħna waslulna mill-midja"

Abdilla wieġeb jgħid "jiena ma nafx x'ġibtu mill-midja. Imma jiena marbut bis-segretezza professjonali. Irrid nixhed wara bibien magħluqa.

Il-Bord qalet li hi tippermettih jikser is-segretezza professjonali.
Nicole Borg
10:27 "Kien hemm rapporti mill-FIAU fuq l-amministrazzjoni pubblika?" staqsiet il-Bord.

"Iva kien hemm. Imma jiena marbut bis-segretezza," qal Abdilla.

"Aħna ħa neżentawk minn dik," qal il-Bord.
Nicole Borg
10:24 Abdilla tkellem b'mod inġenerali u rrefera għal uħud mir-rapporti dwar ix-xogħol.

L-Imħallef Lofaro qalet lix-xhud biex jitkellem fil-qosor u ma jaħlix ħin.

"Jien kont liaison officer tal-pulizija għall-FIAU," qal Abdilla. "Valletta kien direttament fuqi u hu kien fil-bord. Dak li kien jiġi diskuss fuq livell ta' bord, ma kienx jiġi diskuss miegħi. Dan sakemm ma kienx ikollu bżonn ta' xi parir," wieġeb Abdilla.

Dr Comodini Cachia staqsiet: "meta kont liaison officer għall-FIAU u Valletta kien direttament fuqek, jekk inti tiftaħ file, hu kien ikun jaf dwar dan, sewwa?"

Abdilla qal "teknikament iva".
Nicole Borg
10:20 Il-Prim Imħallef Said Pullicino staqsa kemm irċeviet rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi mill-FIAU. Profs. Refalo itervjena jgħid li informazzjoni tat-tip tista' tippreġudika investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

"Ejja nagħmluha ċara, il-Bord għandu l-poter jistaqsi għal informazzjoni u din tingħatalu. Is-segretezza professjonali teżisti għall-avukati u l-qassisin. Qal hawnhekk din ma teżistix. Jekk dak ixhed wara bibien magħluqa," qal l-Imħallef Mallia.
Nicole Borg
10:19 L-Assistent Kummissarju qal li hu kien Liaison Offices mal-FIAU.
Nicole Borg
10:15 Abdilla jispjega l-linji ta' kmand, hemm taqsimiet investigattivi varji fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Dr Comodini Cachia staqsa lil Abdilla sabiex jikkjarifika l-linji ta' kmand.
Nicole Borg
10:13 Abdilla spjega li x-xogħol tal-unit isir "id f'id" mal-Europol. Hu qal li huma membri ta' punti fokali li jinkludu ħasil tal-flus eċċ.
Nicole Borg
10:10 L-ECU ra żieda fir-riżorsi umani meta Cassar (Kummissarju tal-Pulizija) kien qed imexxi hu.

Abdilla spjega li Cassar żied it-tim.

Hu żied jgħid li Magri kien jifhem aktar u żied ir-riżorsi umani fl-ECU.
Nicole Borg
10:10 Abdilla qal fil-qorti: "meta tistaqsini kemm hemm persuni impjegati mill-ECU, jien inwieġeb għal-liema dati qed tirreferi?"
Nicole Borg
10:07 "Jien kont is-superintendent inkarigat. Kont nieħu ħsieb l-andamenti ta' kuljum," qal Abdilla.

"Il-unit kienet qed tiffunzjona bejn l-2013 u l-2016 man-nies impjegati?" staqsa l-Prim Imħallef Emeritu Said Pulliccino.

"Dejjem sofrejna minħabba nuqqas ta' staff. Kien ikollna dawn il-każijiet politiċi. Kellna pressjoni kbira," Abdilla qal fil-Qorti.
Nicole Borg
10:05 Abdilla beda bħala supretendent tal-pulizija fl-2015.

Dr Comodini Cachia staqsiet repetutament kemm kien hemm spetturi tal-pulizija li kienu jaqgħu taħtu fl-2015.

Abdilla qal "kelli taħti madwar disa' jew 10 spetturi tal-pulizija."
Nicole Borg
10:01 "Fl-2013, qabel it-tibdiliet fil-gvern, Michael Cassar kien qed imexxi qabel ma mexa lejn is-Servizzi Sigrieti ta' Malta. Warajh kien hemm Antoine Casha. Imbagħad kien hemm Dr Paul Vassallo u wara ħadtu f'idejja jien," spjega Abdilla.

"F'punt minnhom, konnha naqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Homicide Squad," qal Abdilla.

Waqt dan il-perjodu, Abdilla kien superintendent tal-pulizija u kien jiġi taħt Silvio Valletta li kien inkarigat mis-CID.
Nicole Borg
10:01 Abdilla spjega l-mod kif jiġu appuntati l-esperti forensiċi.
Nicole Borg
09:59 "Filwaqt li r-rata tal-kriminalitajiet qed tonqos…" qal Abdilla, L-Imħallef Lofaro waqqfitu u qaltlu "jiżdiedu".
Nicole Borg
09:57 "Fl-2013, kien hemm sitt jew seba' spetturi tal-pulizija fid-dipartiment tal-kriminalitajiet ekonomiċi u naħseb kien hemm tnejn għall-ħasil tal-flus," qal Abdilla.

Hu qal li dan mhux l-għadd sħiħ ta' uffiċjali, "forsi konnha 25 u 26, ma nafx."
Nicole Borg
09:56 L-Imħallef Mallia staqsa dwar l-għamla tal-unit fl-2013 u fl-2016.

Ix-xhud qed jipprova jiftakar kemm kien hemm spetturi tal-pulizija stazzjonati fil-kriminalitajiet ekonomiċi u fil-ħasil tal-flus. Hu qal li fl-2016 hu kien għadu spettur tal-pulizija.

"Fl-2016, kien hemm aktar tibdiliet," Abdilla wieġeb.
Nicole Borg
09:55 L-Imħallef Lofaro osservat li l-ECU għandha riżorsi aħjar mill-iskwadra tal-omiċidiji.
Nicole Borg
09:52 Ian Abdilla tkellem dwar il-limiti tal-bini fejn tinsab il-unit u li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jimxu għal binja ġdida li takkomoda sa 120 uffiċjali.
Nicole Borg
09:51 Oħrajn qed jistudjaw l-ACCA, uħud huma avukati u hemm uffiċjali bil-Masters fil-Kriminalità Organizzata, Abdilla qal lill-Bord.
Nicole Borg
09:50 L-Imħallef Mallia staqsa jekk is-Superintendent u l-Ispetturi tal-Pulizija għandhomx taħriġ speċjalizzat relatata max-xogħol tagħhom. Abdilla spjega li l-għażla tal-istaff dejjem waqgħet f'idejn il-Kummissarju tal-Pulizija.

"20 persuna rċevew it-taħriġ għad-diploma fl-AML/CFT is-sena li għaddiet," spjega Abdilla.
Nicole Borg
09:48 Spjega li hemm madwar 60 uffiċjal tal-pulizija li jaħdmu fi ħdan l-Economic Crimes Unit. Seba' spetturi tal-pulizija jaħdmu fil-kriminalitajiet ekonomiċi filwaqt li erba' fil-ħasil tal-flus. Il-unit biddlet isimha għall-Financial Crimes Unit li hija magħmula minn żewġ squads.

Is-Superintendent Ray Aquilina riċentament spiċċa s-servizz. Bħalissa hemm żewġ persuni ċivili li jagħmlu l-analiżi. Aktar tard din is-sena se jidħol analist fil-qasam tal-blockchain.
Nicole Borg
09:47 "Madwar Settembru tal-2015 ilħaqt Superintendent," Abdilla wieġeb lill-Imħalled Emeritu Mallia.

Hu laħaq assistent kummissarju fl-2018.
Nicole Borg
09:46 Abdilla għandu l-professjoni ta' accountant. Hu ngħaqas mal-Korp tal-Pulizija fl-2001 bħala Spettur tal-Pulizija u eventwalment tela' skala. Hu kien minn dejjem assenjat lill-Economic Crimes Unit.
Nicole Borg
09:45 L-Assistent Kummissarju Abdilla jibda jixhed.
Nicole Borg
09:44 Vella qalet li hi inkludiet ix-xogħol ta' Caruana Galizia dwar il-Panama Papers, dwar it-tfal tal-eks Kummissarju tal-Unjoni Ewropea John Dalli, u partijiet mir-rapport tal-Moneyval.
Nicole Borg
09:44 L-Assistent Kummissarju Abdilla jidħol fl-awla. Dr Comodini Cachia qalet li Corinne Vella kienet ippreparat dossier.

Vella titla' tixhed.
Nicole Borg
09:43 L-avukat Prof. Ian Refalo qal li hu marbut b'segretezza professjonali.

L-avukat Jason Azzopardi qal li hu kien se jixhed fil-qorti dwar informazzjoni ġenerali.
Nicole Borg
09:42 L-Imħallef Emeritu Michael Mallia jistaqsi lill-avukati jekk l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla kien talab biex jixhed wara bibiex magħluqa.

L-avukat Therese Comodini Cachia qalet li huma ma kinux mgħarrfa b'dan.
Nicole Borg
09:41 Il-Bord ta' Inkjesta tidħol fl-awla.
Nicole Borg
09:24 Nilqgħukom għal dan il-blogg live ta' Newsbook.com.mt minn awla 20.
Nicole Borg

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Id-Direttur tad-DOI Paul Azzopardi qal li l-PRs u s-sejħiet tal-midja jintbagħtu lill-kmamar tal-aħbarijiet kollha rreġistrati.
  • Azzopardi qal ukoll li l-PRs u s-sejħiet tal-media huma aċċessibbli onlajn.
  • “Miegħi l-PRs jintbagħtu fl-istess ħin – permezz by email u jtellgħu onlajn,” qal Azzopardi.
  • “Daphne ma applikatx għal press card fl-aħħar 4 snin” – Azzopardi
  • Il-Bord ta’ Inkjesta ra li għalkemm il-Pulizija arresta tliet irġiel ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejniethom u l-ġurnalista assassinata. Ikkonferma Arnaud.
  • Arnaud ikkonferma li l-Pulizija investiga l-possibiltà li Daphne ġiet assassinata minħabba l-investigazzjoni fuq it-tixħim tal-fjuwil.
  • Arnaud ma kienx komdu jwieġeb ċertu mistoqsijiet dwar is-suspettati bl-assassinju fil-pubbliku.