Inkjesta Pubblika: “Daphne ma applikatx għal press card fl-aħħar 4 snin”

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Punti ta’ nota mis-smigħ tal-lum

  • Id-Direttur tad-DOI Paul Azzopardi qal li l-PRs u s-sejħiet tal-midja jintbagħtu lill-kmamar tal-aħbarijiet kollha rreġistrati.
  • Azzopardi qal ukoll li l-PRs u s-sejħiet tal-media huma aċċessibbli onlajn.
  • “Miegħi l-PRs jintbagħtu fl-istess ħin – permezz by email u jtellgħu onlajn,” qal Azzopardi.
  • “Daphne ma applikatx għal press card fl-aħħar 4 snin” – Azzopardi
  • Il-Bord ta’ Inkjesta ra li għalkemm il-Pulizija arresta tliet irġiel ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejniethom u l-ġurnalista assassinata. Ikkonferma Arnaud.
  • Arnaud ikkonferma li l-Pulizija investiga l-possibiltà li Daphne ġiet assassinata minħabba l-investigazzjoni fuq it-tixħim tal-fjuwil.
  • Arnaud ma kienx komdu jwieġeb ċertu mistoqsijiet dwar is-suspettati bl-assassinju fil-pubbliku.

Id-direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) Paul Azzopardi u l-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud huma mistennija jixhdu llum waranofsinhar fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

It-Tnejn li għadda l-Qorti semgħet ix-xhieda ta’ Yannick Pace f’isem l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) u Reuben Sciberras li bħalissa huwa impjegat bħala Chief of Staff mal-Ministeru għat-Turiżmu.

15:52 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
15:51 Il-blogg jintemm hawn.
Nicole Borg
15:50 Is-seduta li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa fid-9.30am.
Nicole Borg
15:49 Arnaud se jkompli jixhed wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
15:47 Hu qal li l-Pulizija ma investietx daqshekk żmien tinvestiga l-assassinju tal-ġurnalista b'rabta mal-fjuwil għax dawn l-investigazzjonijiet bdew jirriżultaw fin-negattiv.
Nicole Borg
15:45 Arnaud qal li r-raġuni għaliex il-Pulizija ddeċidiet li ssir investigazzjoni fl-assassinju b'relazzjoni mat-traffikar tal-fjuwil għax ħasbet li seta' kien hemm xi konnessjoni.
Nicole Borg
15:44 Hu qal ukoll li l-investigazzjonijiet urew li l-assassinju ma kienx relatat mat-traffikar tal-fjuwil.
Nicole Borg
15:43 Arnaud ikkonferma li l-pulizija investigaw il-possibilità li Daphne ġiet assassinata minħabba l-investigazzjonijiet li kienet qed tagħmel b'rabta mat-traffikar tal-fjuwil.
Nicole Borg
15:41 Arnaud qal li jħossu skomdu jwieġeb mistoqsijiet relatati mas-suspettati ewlenin li setgħu ordnaw l-assassinju tal-ġurnalista.
Nicole Borg
15:39 Arnaud qal li qatt ma ssolva każ ta' karozza bomba ħlief dak tal-Fgura fejn kienet intużat l-istess teknoloġija li ntużat fl-investigazzjoni fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista.
Nicole Borg
15:37 Arnaud qal li kien hemm żieda fil-manpower iżda ma setax jikkonferma jekk l-istruzzjonijiet ħarġux minn Kastilja.
Nicole Borg
15:34 L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Arnaud biex jispeċifika jekk kienx hemm struzzjonijiet minn Kastilja lill-Korp tal-Pulizija għaż-żieda fin-numru ta' uffiċjali biex jinvestigaw il-każi ta' karozza bomba – qabel l-assassinju tal-ġurnalista.
Nicole Borg
15:33 Arnaud qal li ċertu dettalji jippreferi jispjegahom wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
15:32 Il-Bord ta' Inkjesta nnutat li għalkemm il-pulizija arrestaw lit-tliet irġiel, ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejniethom u l-ġurnalista assassinata. Arnaud ikkonferma dan.
Nicole Borg
15:28 Arnaud spjega li waqt il-laqgħat f'Kastilja, il-Pulizija taw informazzjoni fil-qosor dwar l-investigazzjonijeit. Qal li f'dak l-istadju la isem Melvin Theuma u lanqas ta' Yorgen Fenech ma kienu ħarġu fl-investigazzjonijiet.
Nicole Borg
15:22 Hu qal li l-Korp tal-Pulizija kien iddeċieda li fl-4 ta' Diċembru tal-2017 kienu se jsiru l-arresti tat-tliet irġiel akkużati bl-assassinju. Qal li l-Korp tal-Pulizija, il-Europol, l-AFM u s-Servizzi Sigrieti biss ġew infurmati b'dawn l-arresti.
Nicole Borg
15:20 Meta kienu jsiru dawn il-laqgħat f'Kastilja, Melvin Theuma, is-sensar tal-assassinju, qatt ma ġie msemmi fl-investigazzjonijiet.
Nicole Borg
15:18 Arnaud qal li waqt il-laqgħat mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Chief of Staff Keith Schembri, l-uffiċjali tal-MSS, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Valletta, kienu preżenti.
Nicole Borg
15:14 Hu qal li qatt ma attenda laqgħat f'Kastilja u li qatt ma kien ġie affaċċjat b'każ tat-tip, ta' assassinju. Qal li wara l-assassinju kien attenda għal żewġ laqgħat qosra qabel ma saru l-arresti.

Il-Bord ta' Inkjesta qalet lil Arnaud li Malta sħiħa qatt ma kienet esperjenzat assassinju tat-tip.
Nicole Borg
15:11 Arnaud qal li minn wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Europol baqgħet dejjem preżenti f'Malta biex tassisti fl-investigazzjonijiet.
Nicole Borg
15:08 Qal li mbagħad kien ġie deċiż li d-databases kollha jingħaqdu f'waħda. Qal li din saret bl-għajnuna tal-Europol.
Nicole Borg
15:07 Arnaud qal li kull pulizija fid-dipartiment għandha database li għandha bżonn tiġi aġġornata meta jkun hemm investigazzjonijiet għaddejjin.
Nicole Borg
15:06 L-Ispettur qal li l-investigazzjonijiet kienu jsiru kemm minnu, kif ukoll mill-ispettur Kurt Zahra. Qal li l-investigazzjonijiet kienu jiġu diskussi mal-persuni ta' fuqhom.
Nicole Borg
15:04 Arnaud qal li l-irwol tiegħu kien aktar iffukat fuq li jaffaċċja l-investigaturi barranin.
Nicole Borg
15:00 L-Ispettur Arnaud spjega kif hu u l-ispettur Kurt Zahra kienu l-iktar żewġ spetturi li ħadu xogħol f'idejhom wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Nicole Borg
14:59 Arnaud ikkonferma li dakinhar tal-assassinju, l-Ispettur Kurt Zahra kien qiegħed on duty.
Nicole Borg
14:56 Il-bord ta' inkjesta staqsiet lil Arnaud kemm hemm uffiċjali tal-pulizija li jagħmlu parti mill-homicide squad.

Arnaud qal li meta beda hu, kien hu biss l-unika uffiċjal tal-pulizija. Qal li mbagħad fl-2017 kien daħal magħhom uffiċjal ieħor, l-Ispettur Kurt Zahra u wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia daħal it-tielet spettur James Grech.
Nicole Borg
14:51 Partijiet tax-xhieda ta' Arnaud hemm ċans li jsiru wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
14:50 Jibda jixhed l-Ispettur Keith Arnaud.
Nicole Borg
14:49 Id-direttur tad-DOI, Paul Azzopardi temm ix-xhieda tiegħu. Hu kien akkumpanjat mill-avukat Veronique Dalli.
Nicole Borg
14:44 Il-bord ta' inkjesta staqsa lil Paul Azzopardi jekk id-DOI qattx irċeviet applikazzjoni minn Daphne Caruana Galizia għal press card. Azzopardi qal li qatt ma rċieva applikazzjonijiet mingħand il-ġurnalista fl-aħħar erba' snin.

Azzopardi qal li Ms Diane Oswald kienet id-direttur tad-DOI qabel ma beda hu.
Nicole Borg
14:40 Azzopardi qal li meta kien hemm tibdil minn press card għal access card, id-DOI irċieva diversi ilmenti minn ġurnalisti għax dawn ma baqgħux jitħallew jidħlu għal-logħob tal-futbol.
Nicole Borg
14:39 Azzopardi kkonerma li biex access card tiġi approvata, tintalab ċerta informazzjoni u l-applikazzjoni trid tiġi ffirmata mill-editur tal-kamra tal-aħbarijiet.
Nicole Borg
14:37 L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Azzopardi jekk l-access card hix obbligatorja għall-ġurnalisti biex jattendu avveniment tal-gvern, Azzopardi wieġeb 'iva'.
Nicole Borg
14:33 Azzopardi spjega li l-ġurnalisti li għandhom press card internazzjonali xorta jridu japplikaw għall-access card mad-DOI biex jitħallew jidħlu għal avventiment tal-Gvern.

Il-protokoll irid jiġi segwit u dan japplika għall-midja lokali u internazzjonali, qal Azzopardi.
Nicole Borg
14:31 Dwar is-sejħiet għall-midja, Paul Azzopardi reġa' qal li dawn jintbagħtu lill-ġurnalisti reġistrati kollha.
Nicole Borg
14:28 Hu spjega li l-ġurnalisti li japplikaw għal access card jingħataw waħda. Qal li wieħed jista' japplika wkoll online.

Mistoqsi mill-bord ta' inkjesta jekk hemm ċans li l-applikazzjoni tal-press card jew l-access card tiġi rrifjutata, Azzopardi wieġeb li iva. Qal li hu jaf li kien hemm press card waħda li ġiet irrifjutata matul is-snin li ilu jokkupa l-kariga. Qal li hu kien irċieva l-applikazzjoni ġurnata qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Nicole Borg
14:25 Azzopardi qal ukoll li hu ddeċieda li jbiddel il-press card għal access card. Spjega li fl-opinjoni tiegħu, mhux aċċettabbli li kulħadd jista' japplika għal press card. Qal li kulħadd jista' jgħis li hu ġurnalist iżda mbagħad ma jkunx minnu.
Nicole Borg
14:23 Id-DIrettur tad-DOI qal li l-pass li jmiss huwa li l-istqarrijiet jiġu aċċessibbli online permezz ta' kredenzjali mgħoddija lill-kmamar tal-aħbarijiet. Azzopardi qal li idealment l-istqarrijiet ma jibqgħux jintbagħtu permezz ta' email.
Nicole Borg
14:21 "Taħt it-tmexxija tiegħu, il-PRs jintbagħtu fl-istess ħin – l-e-mail u online," qal Azzopardi. Hu qal ukoll li dan daħal fis-seħħ is-sena li għaddiet.
Nicole Borg
14:18 Għall-kmamar tal-aħbarijiet li m'humiex reġistrati mad-DOI, dawn ma jiġux informati dwar konferenzi tal-aħbarijiet permezz ta' email iżda jridu jaċċessawhom mill-website tad-DOI. L-istess japplika għall-istqarrijiet.
Nicole Borg
14:17 Dwar il-konferenzi tal-aħbarijiet, Paul Azzopardi qal li n-notifiki jintbagħtu permezz ta' email lill-media houses kollha reġistrati. Hu qal ukoll li l-lista tal-coverages tkun aċċessibbli wkoll għall-pubbliku inġenerali mhux biss għall-media.
Nicole Borg
14:16 Id-Direttur tad-DOI spjega wkoll li l-istqarrijiet jintbagħtu email u jittellgħu online fl-istess ħin.
Nicole Borg
14:12 Azzopardi jgħid li hu ilu f'din il-kariga għal erba' snin. Il-Bord ta' Inkjesta staqsietu dwar x'pożizzjoni tieħu d-DOI meta joħorġu stqarrijiet tal-gvern. Hu qal li l-istqarrijiet jiġu ppubblikati online u jintbagħtu lill-media kollha.

Azzopardi qal li l-istqarrijiet jiġu tranġati mid-DOI qabel jintbagħtu.
Nicole Borg
14:11 Id-Direttur tad-DOI, Paul Azzopardi jiġi mistoqsi jibda jixhed.
Nicole Borg
14:10 Il-ġurnalista Caroline Muscat ippreżentat dossier lill-Bord ta' Inkjesta. Id-dossier jinkludi korrispondenza mad-Dipartiment għall-Informazzjoni tal-gvern.
Nicole Borg
14:10 Newsbook.com.mt jinsab live minn awla 20.
Nicole Borg
14:09 Waranofsinhar it-tajjeb. Nilgħukom għal dan il-blogg.
Nicole Borg