L-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kompliet illum fejn illum xehed fost l-oħrajn Reuben Sciberras, uffiċjal tal-Gvern.
16:19 Is-seduta tal-lum tintemm hawn. Grazzi talli segwejtu dan il-blogg. Dalwaqt nelenkaw dak li spikka fis-seduta tal-lum.
16:16 Comodini Cachia turih ritratt fejn jidher hu bilwieqfa ħdejn bieb. Sciberras jiġi mistoqsi x'kien qed jagħmel hemm u jekk ippruvax joħroġ. Hu wieġeb li ma ppruvax joħroġ.
16:15 Lil Sciberras juruh aktar ritratti. Hu għaraf lill-uffiċjal tal-OPM Matthew Carbone.
16:14 Il-Bord isemmi lil Sciberras li għajjew jisimgħu nies jgħidu li mhumiex responsabbli għal ċertu materji u li ħadd ma jaf min hu responsabbli għal xiex f'Kastilja.
16:10 Sciberras jagħraf lil ċertu Sur Scerri li jaħdem fid-dipartiment tal-customer care f'Kastilja. Iżda ma jagħrafx lin-nies l-oħra fir-ritratti.
16:09 Dr Comodini Cachia turi sett ritratti lil Sciberras.
16:06 Żied jgħid li l-istess atmosfera kienet tinħass wara l-konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizzata mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat.
16:03 Il-Bord tal-Inkjesta staqsieh kif spiċċa fl-istess kamra mal-ġurnalisti. Sciberras jgħid li ma jafx lill-individwi li ma ħallewx lill-ġurnalisti joħorġu minn Kastilja. Sciberras jgħid li l-atmosfera f'dik il-lejla ma kinitx waħda faċli, u kien hemm ħafna tensjoni.
16:00 Sciberras qal li hu ried jitlaq minn Kastilja malli spiċċat il-laqgħa, iżda ma setax. Qalulu li ma jistax joħroġ. Spjega li hu ma kienx inkarigat mill-miżuri tas-sigurtà. Enfasizza li hu kien hemm biex jassisti lis-Segretarju Parlamentari.
15:59 Huwa qal li dik il-lejla hu ħass li kellu jkun l-uffiċċju, meta s-superjura tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli, intalbet tattendi laqgħa tal-kabinett f'Novembru 2019.
15:58 Il-Bord tal-Inkjesta jistaqsi lil Sciberras dwar l-inċident meta l-ġurnalista ssakkru f'Kastilja.
15:53 Il-Bord staqsa lil Reuben Sciberras jekk semax bil-qlajjiet li Daphne Caruana Galizia nqatlet b'rabta mat-traffikar tal-fuel. Sciberras jiċħad, u ċaħad ukoll li qatt sema' b'The Truth Project. Ċaħad li ħadem ma' Glenn Bedingfield f'Kastilja u li ddiskuta t-Truth Project miegħu.
Sciberras ċaħad ukoll li hu kien wieħed minn grupp li ltaqa' biex jiċċelebra l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.
Stqarr li hu qatt ma ħadem ma' Bedingfield dwar PQs.
15:48 Il-Bord tal-Inkjesta staqsa jekk hu qattx ippubblika fuq il-mezzi soċjali wara l-assassinju tal-ġurnalista Caruana Galizia.
Il-Bord isemmi kif hu kien ippubblika #stop the hate u xerred post tal-eks uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ramona Attard.
Sciberras qal li hu ma jara xejn ħażin b'dawk il-posts. Il-Bord iwissih li huma qed jistaqsuh jekk ippubblikax fuq il-mezzi soċjali jew le.
15:47 Dwar il-mistoqsijiet parlamentari, Sciberras qal li hu kien jikkolabora ma' David Bartolo.
15:45 Il-Bord tal-Inkjesta staqsa lil Reuben Sciberras jekk qattx kien iffaċċjat b'mistoqsijiet dwar il-bejgħ tal-passasporti. Hu wieġeb li l-mistoqsijiet kollha relevanti ġew imwieġba kollha fil-Parlament minn Julia Farrugia Portelli.
15:43 Sciberras qal li meta Caruana Galizia ġiet assassinata, hu kien jaħdem bħala kap tas-segretarjat fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-IIP.
15:40 Dr Therese Comodini Cachia tistaqsi lil Sciberras ma' min kien jikkonsulta bħala kordinatur tal-komunikazzjoni, meta jkun hemm bżonn li tinħareġ stqarrija.
Sciberras wieġeb li f'dak l-irwol hu ma kienx inkarigat li jiddiskuti kontenut politiku biex jiġi inkluż fl-istqarrijiet.
15:38 Reuben Sciberras jgħid li l-unika darba li għamel kuntatt ma' Daphne Caruana Galizia kien fit-13 ta' Mejju 2014.
Sciberras qal li Caruana Galizia kienet staqsiet dwar l-impjieg tas-Sa. Marisa Schembri. Żied jgħid li dan kien fiż-żmien li kien impjegat mal-Ministru Helena Dalli.
15:37 Reuben Sciberras qal li ħadd qatt ma ddiskuta miegħu l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, ir-rapporti tal-FIAU jew dwar il-każ tal-Bank Pilatus.
15:33 Sciberras stqarr li qabel ma kien jaħdem mal-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, hu kien jaħdem mal-Ministru Karmenu Vella u mal-Ministru Helena Dalli.
15:32 Reuben Sciberras mitlub jitla' jixhed. Hu jinsab akkumpanjat mill-avukat Jonathan Attard.
15:28 Corinne Vella, oħt il-ġurnalista assassinata ppreżentat dossier dwar Reuben Sciberras, li kien ġurnalist ta' One News u li bħalissa huwa ċ-Chief of Staff fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.
15:27 Il-Bord ta' Inkjesta tiddeċiedi li nhar il-Ġimgħa se jintalab jixhed l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Ian Abdilla.
15:18 Il-Bord ta' Inkjesta qalet li nhar l-Erbgħa, id-direttur tad-DOI se jintalab jixhed.
15:16 Pace qed jispjega li l-ġurnalisti kollha jistgħu jsiru membri tal-IĠM, iżda huwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni tal-gvern li uffiċjalment jirrikonoxxi lill-ġurnalisti.
15:10 Paxe qal li l-istqarrija li qed tirreferi għaliha l-avukat Comodini Cachia ma nħarġitx waqt iż-żmien li hu kien Chairman tal-IĠM.
15:05 Hu qal ukoll li l-IĠM irċieva ħafna lmenti dwar esperjenzi ta' ġurnalisti jew camera persons li ġew aggrediti huma u jagħmlu xogħolhom.
15:01 L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Pace dwar il-problemi li jaffaċċjaw il-ġurnalisti dwar l-Att għall-Ħelsien tal-Informazzjoni.
Pace spjega li jekk it-talba ta' ġurnalist ma tiġix aċċettata minn entità jew persuna partikolari, l-IĠM għandha poter limitat a' kemm tista' tipproteġi lill-membri tagħha.
14:59 L-IĠM jista' jissottometti biss ilment uffiċjali billi joħroġ stqarrija, qal Pace.
14:56 Il-Bord ta' Inkjesta staqsa lil Pace jekk kienx hemm istanti fejn kien hemm midja li ma ġietx mistiedna għal ċertu avvenimenti tal-ġvern. Pace wieġeb iva.
Meta mistoqsi jekk it-tweġiba tal-gvern dwar id-diskriminazzjoni bejn kmamar tal-aħbarijiet u ġurnalisti kinitx sodisfaċenti, Pace wieġeb jgħid le. Qal li ħafna drabi t-tweġibiet li jirċievi l-IĠM ma jkunux sodidfaċenti.
14:55 Pace qal li l-IĠM qatt ma wettqu dawn l-istudji jew diskussjonijiet.
14:53 L-avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Pace jekk l-IĠM qatt għamilx studju jew iddiskuta mal-membri il-problemi tas-sigurtà u t-theddid esperjenzat mill-ġurnalisti.
14:50 Aktar kmieni fis-seduta fil-Qorti, il-Bord ta' inkjesta rrefera għal intervista li ta' l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo lill-midja Ġermaniża.
Il-Bord ikkunsidrat il-kontenut tagħha bħala relevanti għall-inkjesta pubblika.
14:47 Il-Bord qed tirreferi għal stqarrija tal-aħbarijiet maħruġa mill-IĠM li tgħid li l-ġurnalisti għandhom jingħataw il-protezzjoni kollha neċessarja.
14:45 Mistoqsi jekk kienx hemm rapporti riċenti dwar aggressjoni fuq ġurnalisti. Pace qal li riċentament le.
14:44 Il-Board jistaqsi lil Pace jekk l-IĠM hix uffiċjalment rikonoxxuta mill-gvern. Pace qal li l-IĠM topera bħala NGO.
14:40 Pace qal li kien hemm problema bil-press card li riċentament inbidelt f'access card mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Il-Bord ta' inkjesta staqsiet jekk kienx hemm problemi meta The Shift News ipprova japplika għal access card.
Pace spjega li mistoqsijiet dwar il-proċeduri ta' kif joħorġu l-access cards aħjar jiġu mistoqsija lid-DOI. Hu spjega wkoll lil l-IĠM ukoll għandha cards li tagħti lill-ġurnalisti. Il-Bord innutat li l-press card li toħroġ mingħand l-IĠM mhix irrikonoxxuta uffiċjalment.
14:37 Pace qed ikun mistoqsi dwar l-irwol tiegħu fl-IĠM. Hu spjega li m'għadux jaħdem bħala ġurnalist mal-MaltaToday.
14:35 Yannick Pace mill-IĠM jintalab jibda jixhed.
14:33 Waranofsinhar it-tajjeb, nilqgħukom għal dan il-live blog. Newsbook.com.mt qed jirrapporta live minn awla 20.