Inkjesta interna wara allegazzjonijiet t’abbuż sesswali fil-futbol

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża fetħet inkjesta interna biex tinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali fil-futbol.
Dan wara li erba’ eks-plejers tal-futbol qed jallegaw li kienu abbużati sesswalment meta kienu għadhom youth players. Dawn il-plejers huma David White, Andy Woodward, Steve Walters u Paul Stewart.
Linja li fetħet is-Soċjetà Nazzjonali Ingliża għall-Prevenzjoni tal-Abbuż kontra t-Tfal (l-NSPCC) irċiviet iktar minn 100 telefonata f’temp ta’ ftit sigħat.
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol sostniet li qed taħdem viċin ħafna tal-pulizija biex tgħinhomfl-investigazzjonijiet, filwaqt li qed taħdem biex tassigura li ma tindaħalx jew taffettwa b’xi mod il-proċess kriminali.