Inkjesta għall-‘Impeachment’ tal-President Trump

Nancy Pelosi

Il-Partit Demokratiku fl-Istati Uniti fetaħ formalment inkjesta ta’ impeachment kontra l-President tal-Istati Uniti Donald Trump dwar l-allegat pressjoni li saret minn forzi politiċi barranin biex itelfu ir-rivali politiku tiegħu.

Uffiċjal għoli tal-partit Demokratiku Nancy Pelosi qalet li l-President għandu jinżamm ‘accountable’. Min-naħa tiegħu, Trump ċaħad l-involviment tiegħu u qal li dan l-isforzi kienu ‘witch hunt’ kontrih.

Minkejja li din l-inkjesta għandha appoġġ qawwi mid-demokratiċi, diffiċċli li jgħaddu mis-Senat li hu kkontrollat mir-Republikani.