Inkjesta fuq dokumenti tal-Gvern li spiċċaw imxerrda fit-triq

Tinsab għaddejja investigazzjoni biex jiġi stabbilit kif dokumenti sensittivi tal-Gvern spiċċaw imxerda fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Il-maġġoranza ta’ dawn id-dokumenti tal-Gvern kienu jikkonċernaw dokumenti mill-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni u Ambaxxati f’Malta.
Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija jirriżulta li dawn id-dokumenti kienu ġew awtorizzati biex jinqerdu.
Jirriżulta li waqt li kienu qed jittieħdu minn post għall-ieħor, xi dokumenti minnhom waqgħu fit-triq.
L-investigazzjoni mistenni li tistabbilixxi kif dawn id-dokumenti spiċċaw fit-triq, b’uħud f’nofs is-central strip fi Triq Aldo Moro.