Inkjesta Egrant: Każ magħluq minkejja s-silenzju tal-UAE

L-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant ma rnexxiliex tistabbilixxi jekk il-kontijiet inkwistjoni u dawk miżmuma mill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kellhomx bearer jew xi kont ieħor fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE).

Fil-konklużjonijiet prinċipali fl-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja ntqal li ntalbet evidenza mill-UAE. Madanakollu, l-awtoritajiet ma pprovdewx informazzjoni sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-inkjesta. Ġie rrappurtat li l-eks impjegat tal-aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus (FIAU) Jonathan Ferris qal li huwa magħruf li l-UAE ma tikkooperax f’każijiet ta’ ħasil ta’ flus.

Għal rapport sħiħ tista’ tidħol hawn.