Inkjesta Egrant: “Jien innoċenti” – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet illum f’Kastilja, wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta fuq il-każ tal-kumpanija Egrant, imwettqa mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Waqt il-konferenza, il-Prim Ministru saħaq fuq kif il-verità tidher ċara mill-inkjesta: li hu u martu qatt ma kellhom x’jaqsmu mal-kumpanija Egrant.

L-inkjesta żvelat li kien hemm numru ta’ dokumenti u firem falsifikati fl-allegazzjonijiet miġjuba kontra Michelle Muscat.

Muscat deher emozzjonat, u saħansitra beda jibki, waqt li l-membri tal-Kabinett qamu jċapċpulu. Dan meta beda jirringrazzja lill-familja tiegħu tas-sapport, b’mod speċjali lil martu talli baqgħet soda minkejja l-mibegħda li rċeviet.

Il-Prim Ministru sostna li xi ħadd kellu jġorr responsabbiltà ta’ dan il-gideb, u talab għar-reżenja tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil. Muscat sejjaħ lil Busuttil “politiku fallut,” u qal li jekk Busuttil ma jirreżenjax minn jeddu, hi r-responsabbiltà ta’ Adrian Delia li jitolbu għar-reżenja tiegħu.

Tista’ taqra d-diskors kollu tal-Prim Ministru hawnhekk.

11.14: Il-Prim Ministru stqarr li kieku l-poplu m’għamilx l-għażla li għamel, illum Simon Busuttil kien ikollu jirreżenja. Muscat qal li Simon Busuttil huwa “għajjur u irresponsabbli.” Huwa appellalu biex “għal darba, ikun raġel.” Il-PM qal li jekk Busuttil ma jirriżenjax minn jeddu, ir-responsabbiltà taqa’ f’idejn il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, inkella hu wkoll ikun parti mill-frame-up. 

11.12: Meta mistoqsi jekk hux se jfittxu min hu wara Egrant, Muscat qal li l-inkjesta għamlet xogħolha. Huwa rringrazzja lill-poplu talli m’emminx l-allegazzjonijiet. Qal li fl-inkjesta miġbura mill-Maġistrat, hemm dettalji ta’ x’passi għandhom jittieħdu.

10.58: Joseph Muscat qal li martu Michelle xtaqet tkun miegħu f’dal-mument, iżda hi msiefra fuq xogħol volontarju. Qal li għandha tagħmel stqarrija hi wkoll la tasal lura Malta.
10.57: Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Busuttil jirriżenja minn kull kariga li għandu, lokalment u internazzjonalment. Sostna li Busuttil aġixxa ta’ persuna “għajjura u irresponsabbli,” filwaqt li qal li dan mhuwiex kliem li s-soltu juża, iżda ma kienx hemm mod ieħor kif tgħidha.

[interaction id=”5b549947db31a0a38a26ac8d”]

10.56: Skont il-PM, min ħareġ dawn l-allegazzjonijiet, ried jiddistabbilizza l-pajjiż u jħammġu internazzjonalment. B’referenza għall-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Muscat stqarr li qatt ma kellna politiku daqstant irresponsabbli. Busuttil ipprova jiddistabbilizza l-pajjiż bil-gideb, u fforma parti mill-ikbar gidba politika Maltija.
10.55: “Għandha tinġab responsabbiltà politika għal din il-gidba.” Il-PM ta’ Malta jistqarr li huwa leġittimament mingħajr l-ebda qerq.
10.54: Il-Prim Ministru qali li hu u l-mara tiegħu beżgħux minkejja li riedu jitfgħuhom il-ħabs. Hemm aktar minn 1,500 paġna u aktar minn 470 persuna xhieda ta’ dan.
10.53: Muscat qal li din kienet gidba b’kordinazzjoni ma’ Simon Busuttil. Moralment il-Prim Ministru stqarr li ma kellux bżonn jagħmel inkjesti.

10.52: Michelle Buttigieg ma kellhiex pagament ta’ 400,000 dollaru mill-familja tiegħu. Il-Maġistrat jikkonkludi li l-ismijiet ta’ Egrant qatt ma kienu tagħhom; fil-konfront ta’ dawn ħadd minnhom ma kien involut f’ħasil ta’ flus mill-Ażerbajġan.

 

10.50: L-inkjesta sabitha diffiċli li tirrikonċilja x-xhieda tagħhom u ta’ Pierre Portelli. Mal-evidenza: Ripetutament ix-xhieda prinċipali kienu inkompatibbli ma’ xulxin – min jgħid li ra d-dokumenti u min jgħid li ma waslux għandu. Il-kumpilazzjoni tal-AĠ turi li dawn jikkontradixxu lil xulxin.

10.49: Evalwazzjoni u importanza kbira tax-xhieda li tat Daphne Caruana Galizia qabel inqatlet – dawn il-konklużjonijiet ma jneħħu xejn mill-każ tal-qtil tagħha. Madankollu, li qalu Caruana Galizia u Efimova huwa gideb iċċertifikat.

10.47: “La marti, la jien, lanqas ħadd fil-familja tiegħi ma kellna kont bankarju fil-Pilatus Bank.” – Joseph Muscat

10.46: “Ippruvaw iweġġgħu isem pajjiżna internazzjonalment. Ġew ittestjati minn persuna mir-Renju Unit għal darbtejn; il-firem ta’ Jacqueline Alexander ma kinux jaqblu. Għadu mhux magħruf min iffalsifika l-firem.” – Joseph Muscat

10.45: “Min għamel hekk jidher li hu kompliċi fid-dokumenti foloz.” – Joseph Muscat

10.44: Il-Prim Ministru Joseph Muscatst stqarr li ġew iffalsifikati dokumenti u firem biex jidher li l-kumpanija hi tagħhom, li hu reat kriminali. Muscat sostna li dan kien attentat ċar ta’ frame-up fil-konfront tiegħu u ta’ familtu.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja dwar l-inkjesta Egrant.

Dan hekk kif qed tikber l-istennija u jikbru l-ispekulazzjonijiet fil-pajjiż għall-pubblikazzjoni tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant wara li l-Avukat Ġenerali ħabbar li l-Maġistrat Aaron Buegja kien lesta l-inkjesta u għaddihielu, u bħalissa qed tiġi analizzata.

L-akbar stennija hija għall-pubblikazzjoni tar-rapport li ntalbet kemm mill-Prim Ministru, kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Id-deċiżjoni finali hija tal-Avukat Ġenerali. Minkejja dan, illum hemm aspettattiva kbira għad-diskorsi li l-mexxejja politiċi jagħmlu kull nhar ta’ Ħadd.

Sadanittant il-gazzetti tal-Ħadd taw prominenza kbira ħafna lill-inkjesta fil-faċċata tagħhom. MaltaToday kitbet illi illum hemm ċans li ssir konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riżultati tal-inkjesta. It-Torċa tiftaħ il-paġna bit-titlu: Min se jkollu jirreżenja? Ħdejn it-titlu għamlet ir-ritratt tal-Prim Ministru u ta’ Dr Simon Busuttil. The Sunday Times of Malta u Il-Mument enfasizzaw it-talba li r-rapport sħiħ ikun ippubblikat. It-titlu tal-gazzetta ILLUM jgħid biss li l-inkjesta qiegħda għand l-Avukat Ġenerali. Il-gazzetta Kulħadd għadha ma waslitx.

L-ispin dwar ir-riżultat hija evidenti ħafna fuq il-media soċjali. Membri parlamentari, it-troll tas-soltu u ħafna mill-pubbliku qegħdin jgħaddu l-kummenti fuqha. Min iħejji lin-nies għal riżultat u min iħejjihom għal riżultat differenti.

DOI: Reuben Piscopo

X’seħħ minn April 2017 ‘l hawn…

L-inkjesta kienet intalbet mill-Prim Ministru stess wara l-allegazzjonijiet li l-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia li fihom implikat li l-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat huma s-sidien tal-kumpanija Egrant li hija reġistrata fil-Panama.

F’April tas-sena l-oħra, il-Prim Ministru talab lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jinforma lill-Maġistrat tal-Għassa biex jinvestiga l-allegazzjonijiet ippubblikati mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fil-każ Egrant. L-għada, il-Maġistrat Aaron Bugeja kien deher dieħel fil-Bank Pilatus, biex jibda l-inkjesta.

Matul l-aħħar 15-il xahar, il-Maġistrat ippospona numru ta’ kawżi oħrajn biex ikun jista’ jaħdem fuq din l-inkjesta. Fl-inkjesta, il-Maġistrat Bugeja kien bagħat ittri biex iġib aktar xhieda mill-Panama.

Kien biss xahrejn ilu meta mart il-Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle Muscat, f’intervista kienet ġiet ikkwotata tgħid li qed tistenna r-rapport tal-Maġistrat fejn qalet li fih mistennija “toħroġ il-verità” dwar il-kumpanija Egrant.