Inkjesta Egrant: Deċiżjoni f’Diċembru jekk Delia jingħatax kopja

Partit Nazzjonalista

Read in English.

Id-deċiżjoni tal-Qorti dwar jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għandux jingħata kopja tar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant mistennija tittieħed ix-xahar id-dieħel.

Filmat: Delia mhux se jingħata kopja tal-inkjesta Egrant; se jappella

L-Imħallef Aaron Bugeja, meta kien għadu maġistrat mexxa l-inkjesta maġisterjali dwar allegazzjonijiet li saru mill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, li t-tielet kumpanija fil-Panama kienet tal-mara tal-Prim Ministru.

Xejn ma jorbot lil Michelle Muscat ma’ Egrant – Il-Maġistrat

Mir-rapport ġew biss ippubblikati l-konklużjonijiet ewlenija, minkejja wegħdi li se jiġi ppubblikat fl-intier tiegħu. Ma kienet instabet l-ebda evidenza li tipprova l-allegazzjonijiet.

L-AĠ jippubblika l-konklużjonijiet ewlenin tal-inkjesta Egrant

Kemm il-Prim Ministru u martu kienu ċaħdu l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom. Muscat innifsu kien talab li ssir l-inkjesta maġisterjali dwar il-kumpanija Egrant.

Inkjesta Egrant: Delia jitlob lill-AĠ għal kopja sħiħa

Inkjesta Egrant: Delia se jieħu l-AĠ il-Qorti

L-Avukat Ġenerali Peter Grech sostna li l-kopja tar-rapport tal-inkjesta ngħata lill-Prim Ministru u mhux lill-Partit Laburista. Żied jgħid li m’hemm l-ebda obligazzjoni biex ir-rapport sħiħ ta’ 1,500 paġna jiġi ppubblikat onlajn.

L-avukat Vincent Galea, li qed jidher għal Delia argumenta li kemm l-eks Kap tal-Kommunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Kurt Farrugia, l-avukat Pawlu Lia li huwa l-avukat personali ta’ Muscat, u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, kollha rċievew kopja tar-rapport.

Żied jgħid li iktar tard ħareġ li tliet ministri oħra, Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona kellhom aċċess għar-rapport.

Galea osserva li filwaqt l-Avukat Ġenerali għamel argument favur il-publikazzjoni tar-rapport fl-interess pubbliku huwa rrifjuta jagħti kopja lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

‘L-argument tal-AĠ huwa li jekk tagħtih lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, dan ikun għal skopijiet politiċi iżda li tgħaddi kopja tar-rapport lill-uffiċjali tal-Partit Laburista m’hemm xejn ħażin,’ argumenta Galea quddiem il-Qorti tal-Appell.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, flimkien mal-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul.