Inkjesta dwar nirien li ħakmu kjosk f’Għawdex

Għaddejja inkjesta dwar nirien li ħakmu kjosk f’Wied l-Għasri f’Għawdex.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-Pulizija ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tal-10.30 tal-Ġimgħa filgħodu.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.