Inkjesta Daphne: Prof. Refalo mhux imparzjali – Repubblika

Monique Agius

Read in English.

L-organizazzjoni Repubblika qalet li l-Professur Ian Refalo mhux persuna meqjusa imparzjali, il-kompetenzi ta’ Dr Anthony Abela Mediċi huma marġinalment relevanti għal inkjesta waqt li l-imħallef Emeritu Michael Mallia hija għażla stramba.

Min-naħa taghhom, il-familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia talbu li jiltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-bord tal-inkjesta li nħatar ilbieraħ.

Fi stqarrija, il-familjari Caruana Gaizia qalu li inkjesta pubblika mmexxija minn ex-imħallef rispettat minn kulħad,d huwa dak li kien ilhom jisħqu fuqu.

Huma qal li minħabba l-gravitá tas-sitwazzjoni u l-mandat li jinvestigaw l-instituzzjonijiet tal-pajjiż, il-ġustizzja titlob li l-membri tal-bord ma jkollhom l-ebda konnessjoni politika jew finanzjarja mal-amministrazzjoni politika preżenti.

Il-bord ma jkunx qed jaqdi l-funzjoni li ngħata jekk il-pubbliku jkollu raġun jiddubita  mill-indipendenza u imparzjalitá tal-membri tal-bord.

Fi stqarrija, Repubblika qalet lil hinn mill-kompetenzi legali tal-Professur Refalo, l-involviment tiegħu mal-FIAU fil-każ kontra Jonathan Ferris, ma’ Adrian Hillman u l-kumpanija Technoline, dawn l-aħħar tnejn minħabba l-konnessjonijiet tagħhom maċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, ma jagħmlux persuna imparzjali. Repubblika qalet ukoll li l-ex-imħallef Mallia kien involut fil-investigazzjonijiet li saru fuq l-kontenut tal-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galiza li huma parti mill-inkjesta kriminali li għadha għaddejja.

Assassinju Daphne: Il-Gvern jaħtar inkjesta pubblika

Repubblika qalet ukoll li jekk l-intenzjonijiet tal-Gvern kienu ġenwini dawn tpoġġew f’dubju serju mill-kummenti li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu meta l-bieraħ ħeġġeġ lill-familjari biex jaċċettaw ir-rapport ta’ inkjesta dwar l-Egrant.

L-organizazzjoni qalet li l-Gvern dam sentejn biex jaħtar bord ta’ inkjesta u għamel dan wara pressjoni mill-istituzzjonijiet internazzjonali.