Inkjesta Daphne: Pajjiżi Ewropej mitluba jaraw li tkun indipendenti

Pajjiżi Ewropej intalbu jagħmluha ċara ma’ Malta li l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għandha tkun indipendenti mill-għaqda internazzjonali Index on Censorship.

Fi stqarrija, il-head of advocacy tal-għaqda Joy Hyvarinen qalet li huwa diżgustanti kif il-qtil tal-ġurnalsita għadhu ma ġiex solvut wara sentejn. Fakkret li l-Gvern ordna li ssir inkjesta reċentament u li għamel dan b’tali mod li tqajmu mistoqsijiet serji dwar kemm hi indipendenti l-inkjesta.

Index on Censorship qalet li hija kritika tal-kontinwazzjoni tal-kawżi ta’ libell kontra Caruana Galizia.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li huwa ċert li l-bord li jixtieq jaħtar il-Gvern biex imexxi l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia se jagħmel xogħlu sew.

Filmat: Inkjesta Daphne: “Ċert li se jagħmlu xogħol sew” – Fearne

Il-Kunsill tal-Ewropa kkritika b’mod aħrax l-inkjesta pubblika ordnata fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan għaliex mhux qed tilħaq l-aspettattivi tal-Kunsill.

Assassinju Daphne: Il-Kunsill tal-Ewropa jikkritika l-inkjesta pubblika