Inkitbu man-nofs miljun riċetta għall-mediċina b’mod diġitali – Fearne

DOI - Clifton Fenech

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li s’issa nkitbu man-nofs miljun riċetta għall-mediċina b’mod diġitali. Dan wara li sentejn u nofs ilu ġiet introdotta sistema fejn it-tobba tal-familja setgħu jibdew jiktbu r-riċetti għall-mediċini b’mod diġitali.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li Fearne spjega li din is-sistema fiha numru ta’ vantaġġi, hekk kif fost oħrajn hija sistema li tnaqqas liż-żbalji kif ukoll tara li jkun hemm kontinwità fil-kura li tingħata lill-pazjent, anke minn tobba differenti.

Intqal li mid-90 tabib li bdew jagħmlu użu minn din is-sistema fl-aħħar xhur dan in-numru tela’ għal 284.