Inizzjattiva mill-Gvern Ingliż biex iħeġġeġ aktar l-użu tar-rota

Il-Prim Ministru Ingliż ħabbar li l-Gvern se jkun qed jinvesti aktar minn 70 miljun sterlina fi promozzjoni biex jiġi mħeġġeġ aktar l-użu tar-rota fl-ibliet Ingliżi. 

L-inizzjattiva tinkludi proġetti biex it-toroq isiru aktar aċċessibli u siguri għar-roti. Dan se jinkludi fondi apposta għal skemi f’bosta bliet Ingliżi, fosthom Manchester, Leeds u Cambridge.

Dawn il-fondi mistennija jiżdiedu għal 148 miljun sterlina sas-sena 2015. Apparti l-fondi se jkunu qed jitħabbru tibdiliet fil-mod kif jinbnew it-toroq biex isiru aktar aċċessibli għal min juża r-rota.