Inizzjattiva biex titqajjem kuxjenza dwar il-konservazzjoni tal-ilma

HSBC Malta nieda l-kampanja ‘Catch the Drop’, inizzjattiva ffinanzjata mill-istess bank biex titqajjem kuxjenza dwar il- konservazzjoni tal-ilma u tħeġġeġ bidla pożittiva ħalli l-ilma ta’ Malta u Għawdex jintuża bil-għaqal u b’mod aktar sostenibbli.

Il-kampanja qed timmira li tilħaq lil kull student u studenta f’Malta, jiġifieri aktar minn 50,000 student f’155 skola, lis-67 Kunsill Lokali ta’ Malta u Għawdex, u lill-pubbliku Malti. ‘Catch the Drop’ hija inizjattiva wiesgħa mifruxa fuq tliet snin.  

Douglas Flint, iċ-Chairman ta’ HSBC Group Malta qal ukoll li l-kampanja ‘Catch the Drop’ għandha rwol importanti biex tqajjem kuxjenza dwar l-iskarsezza tal-ilma fil-gżejjer Maltin u l-Programm tal-Ilma tal-HSBC għandu l-għan li jħalli impatt pożittiv ikbar.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi.

Il-Programm tal-Ilma tal-HSBC hu inizjattiva globali ta’ 100 miljun Dollaru Amerikan.