Inizjattiva biex iċ-ċittadini jsiru aktar diġitali

Fis-sigħat li ġejjin Malta se tniedi abbozz ta’ politika biex tiġi indirizzata l-e-commerce jew in-negozju bl-internet.
Dan tħabbar f’konferenza f’Venezja dwar is-Socjetà Diġitali, li matulha s-Segretarju Parlamentari José Herrera ltaqa’ mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.
Din l-istrateġija se tikkumplimenta l-isforzi li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea biex iċ-ċittadini jsiru aktar diġitali. Dawn l-inizjattivi favur l-istrateġija diġitali f’Malta, qed jissarfu f’aktar investiment biex jiġu indirizzati l-oqsma tat-teknoloġija bħalma hu l-innovation hub fi Smart City.
Is-Segretarju Parlamentari ltaqa’ wkoll mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes.