Inizjattivi eċċitanti ma’ ROCS fl-MFCC Malta Trade Fair 2015

Bħal kull sena, fl-MFCC Malta Trade Fair f’Ta’ Qali, li se ssir bejn il-25 ta' Ġunju u l-5 ta' Lulju 2015, ROCS Group se joffru diversi attrazzjonijiet għall-familja kollha, din id-darba aħjar minn qatt qabel. Għal din is-sena se jkunu wkoll qegħdin jagħtu ċ-ċans lil xi ħadd iffortunat joħroġ mill-fiera rebbieħ ta’ miljun ewro cash.
Għal sena oħra, ROCS ħejjew offerti esklussivi għal dawk kollha li jżuru l-istand tar-ROCS fl-MFCC Malta Trade Fair Ta’ Qali.
Waħda mill-offerti tant popolari u mistennija hija dik ta’ Splash and Fun. Din is-sena dawk kollha li se jiltaqgħu mat-tim tar-ROCS u jagħmlu appuntament, se jieħdu biljetti li jintitolawhom għal entratura b’xejn fil-park Splash and Fun.
Ovvjament dan mhux kollox, ROCS, esklussivament għal waqt il-fiera, b’kollaborazzjoni ma’ Emirates Airlines, se jqassmu 10,000 biljett tal-ajru b’xejn għal Ċipru.
ROCS se jagħtu wkoll l-opportunità biex xi ħadd mill-klijenti tagħhom li jibbukkja pakkett għal Disneyland Paris jirbaħ Renault Captur b’valur ta’ €20,000. Ir-rebbieħ se jintgħażel fl-24 ta’ Diċembru 2015.
ROCS ħasbu wkoll għad-divertiment matul il-fiera kollha. Se jkunu Ġorġ u Pawlu li jiggarantixxu tbissima lill-viżitaturi kollha li jżuru l-istand tar-ROCS.Qabel it-8pm it-tfal se jkunu wkoll qed jieklu b’xejn.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.