Inizjattiva għal ommijiet żgħażagħ vulnerabbli

Il-President’s Trust nediet l-inizjattiva Y-Assist bil-għan li tgħin ommijiet żgħażagħ vulnerabbli.
L-inizjattiva mnedija mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca se tgħin lil dawk l-ommijiet li għaddejjin minn sfidi ta’ akkomodazzjoni.
Fit-tnedija ntqal li saru taħditiet ma’ għadd ta’ entitajiet fejn ħareġ li nisa vulnerabbli ta’ bejn it-18 u l-25 sena, jista’ jkollhom bżonn ta’ appoġġ permezz ta’ programmi edukattivi għal kisba ta’ ħiliet tal-ħajja u akkomodazzjoni.
L-għan tal-President’s Trust huwa li sal-aħħar tas-sena d-dieħla jkollha network ta’ erba’ appartamenti biex jakkomodaw 12-il omm.
Il-President’s Trust ingħaqdet mal-Fondazzjoni St Jeanne Antide biex timplimenta din l-inizjativa.
Ritratti: OPR