​Iniesta viċin Tianjin

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ esperjenza Andres Iniesta jinsab ferm viċin illi jsellem lill-klabb tiegħu Barcelona minħabba li skont dak li qed jirrapporta s-sit Mundo Deportivo huwa ħa d-deċiżjoni li jmur jilgħab fiċ-Ċina.
Il-klabb li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Ċiniża Tianjin Quanijian lest illi jikseb il-firma tiegħu bil-midfielder Katalan illi jista’ jaqla’ kemxa mhux ħażin bħala salarju.
Il-ftehim ma’ Tianjin mistenni jorbot lill-plejer ta’ 33 sena għal tliet snin u l-partitarji ta’ dan il-klabb jinsabu ħerqana sabiex jilqgħu lil dan il-plejer champion tad-dinja fis-sena 2010.