Iniesta bi kliem ta’ tifħir dwar Van Gaal

Il-kapitlu mimli rebħiet u prestazzjonijiet mill-isbaħ ta’ Andres Iniesta ma’ Barcelona wasal fi tmiemu u bosta klabbs Ċiniżi jidhru interessati fil-plejer ta’ 34 sena.
F’dawn l-aħħar jiem Iniesta tkellem ma’ Mundo Deportivo fejn semma numru ta’ plejers u kowċis li kienu parti mill-karriera brillanti tiegħu.
Fost dawk li tkellem dwarhom kien hemm Louis Van Gaal li Iniesta ddeskriva bħala l-iktar kowċ importanti li qatt kellu. Kien proprju l-kowċ Olandiż li ta lil Iniesta ċ-ċans li jagħmel id-debutt professjonali tiegħu fl-2002. Minkejja li t-tieni esperjenza ta’ Van Gaal ma’ Barcelona damet biss sitt xhur, Iniesta huwa grat li l-eks kowċ ta’ Manchester United wera ħafna fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħu.