Inħossni mkissra u għadna fil-bidu – Infermiera Ingliża

Read in English.

Ħaddiema tas-saħħa minn madwar id-dinja kollha qed jaqsmu l-istessi tagħhom wara xiftijiet twal fl-isptarijiet, fejn juru l-marki fuq wiċċhom wara li kienu ilhom libsin l-apparat protettiv għal sigħat twal, joffru kura lill-pazjenti morda bil-COVID-19.

Hekk kif in-numru ta’ ta’ persuni morda qed jiżdied fi sptarijiet madwar id-dinja kuljum, dawk li jaħdmu fil-kura ta-saħħa qed iħeġġu lil kulħadd jibqa’ d-dar u jipprattikaw ‘social distancing’, sabiex titnaqqas il-firxa tal-virus. Ħaddiema fil-kura tas-saħħa fid-dinja kollha qed jiġġieldu kuljum kontra din il-pandemija li qatlet madwar 14,000 persuna – u kuljum dan qed iħalli l-effett tiegħu kemm fiżikament u anke mentalment.

Din saret tendenza fuq il-midja soċjali – ħaddiema tas-saħħa li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll ritratti tal-uċuh għajjenin, xhieda tal-ħin twil li jqattgħu lebsin il-maskli protettivi waqt xogħolhom, jisperaw li dawn jipproteġuhom milli jiġu infettati bil-virus. Fl-istess ħin, kollha qed jieħdu l-opportunità biex jitolbu lil kulħadd jibqa’ d-dar, biex b’hekk jipproteġu ruħhom u lill-familji tagħhom, u dan jista’ jsarraf f’inqas pazjenti li joħonqu s-swali.

“Dan hu l-wiċċ ta’ xi ħadd li għadu kif għadda disa’ sigħat liebes apparat għall-protezzjoni personali, jaħdem ma’ pazjenti li huma morda serjament bil-COVID-19 madwar Londra. Inħossni mkissra – u għadna fil-bidu. Qed nitlob lil kulħadd jekk jogħġobkom żommu ‘l bogħod minn xulxin, u ibqgħu fi djarkom.” Dan qalitu infermiera fl-anestesija, Natalie Silvey, li tellgħet ritratt ta’ wiċċha kollu mmarkat wara ġurnata ta’ ħidma, fuq Twitter.

Infirmiera li taħdem fl-ICU, Emma Sterba rrispondiet lil Silvey billi bagħtet stessu tagħha, bil-kliem “M’intix waħdek!”

Dawn, bħal ħafna oħrajn li jaħdmu f’ċentri ta’ emerġenza madwar id-dinja, qed iħejju ruħhom biex jiffaċċjaw l-agħar tifqigħa ta’ infezzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. Fl-istess ħin, qed ifakkru lil kulħadd li mhux diffiċli li huma joqgħodu fi djarhom, waqt li t-tobba u l-infirmiera jħallu lill-familji tagħhom warajhom biex jiġġieldu din l-epidemija għal sigħat twal.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn