“Inħossni mejta waqt li għadni ħajja” – Omm Sala

Sena mill-mewt ta’ Emiliano Sala, ommu qalet li tħossha mejta waqt li qed tgħix. L-avukati tal-familja Sala ħeġġew lill-awtoritajiet biex jgħaġġlu l-investigazzjonijiet dwar x’wassal lill-ajruplan biex jaqa’.

Il-partitarji u l-istagg ta’ Cardiff fakkru l-memorja ta’ Sala fl-ewwel anniversarju mindu miet. Saret ukoll quddies speċjali ġewwa l-Katidral ta’ San David. Għall-quddies attenda l-maniġer Neil Harris u l-plejers Sol Bamba u Sean Morrison.

L-eks attakkant ta’ Nantes li kellu 28 sena, u l-pilota David Ibbotson mietu meta l-ajruplan li kienu qegħdin fuqu waqa’. L-ajruplan imġarraf nstab nhar it-3 ta’ Frar, u erba’ tijiem wara nstab u ġie identifikat il-ġisem ta’ Sala.