“Inħossni konsistenti li nivvota iva dwar il-kaċċa” – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil qal li jħossu konsistenti li jivvota iva fir-referendum tal-kaċċa tal-11 ta’ April li ġej.
Hu qal dan waqt li kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistqosijiet waqt il-programm Dissett fuq TVM.
Apparti minn hekk, Simon Busuttil qal li l-kaċċaturi huma rrapreżentati  ħafna fil-politika Maltija.
Meta mistqosi dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-eks Minsitru Giovanna Debono, Simon Busuttil sostna li mhux se jkun qed jissospendi l-ħidma tagħha minħabba l-fatt li hi ċaħdet kategorikament l-akkużi kollha miġjuba kontriha.
Dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, Simon Busuttil sostna li ma jixtieqx jidħaq bil-poplu u għalhekk qed jagħzel li jkun realistiku. Sostna li għalkemm se jkompli jkun determinat biex jikseb l-aqwa riżultat possibbli ma jistax jelimina l-fatt li 20 minn 34 Kunsilli Lokali jidher li se jkollhom maġġoranza ta’ Laburisti.
Intant, il-Kap tal-Oppożizzjoni insista li dawn il-ħames snin li matulhom il-Partit Nazzjonalista se jkun fl-oppożizzjoni, mhux se jkun qed jaħlihom imma se jkun qed jużahom tajjeb ħafna biex il-partit jerġa jiġi fuq saqajh.