“Inħoss li l-komiċità tiegħi tista’ tgħin ħafna kif wieħed għandu jippreżenta” – Matthew

Matthew Sant Sultana

Lil Matthew Sant Sultana mdorrijjin naraw jaħdem f’diversi sensiliet ta’ drama fosthom La Tħobbnix, Merjen, Miraklu, Ħobbni Ftit u Min Imissu?! li se jkun qed jirritorna fuq it-TV minn Ottubru li ġej.

Iżda għal Matthew l-iskeda l-ġdida tal-ħarifa se tkun qed toffrilu sfida ġdida hekk kif se jkun qed jibda jippreżenta programm ġdid bl-isem ta’ Mhux Kemm Taf!!

Dan hu game show għall-familja kollha u l-logħba fejn min se jieħu sehem se jkollu mazz karti, sitta kull wieħed, b’kollox 18-il karta peress li anke Matthew se jkun qed jilgħab.

Se jkun hemm mazz karti ieħor forma ta’ piramada. Fuq il-karti  hemm xogħlijiet Maltin bħal pizzar, parukkier, furnar jew xogħlijiet oħra.

Mal-logħba naraw kif min ikollu l-karta li tinqeleb, jitlef dik il-karta u b’hekk il-parteċipanti ikomplu jilgħabu sabiex ikun jista’ jintrebaħ il-premju finali.

Matthew Sant Sultana

“Eċċitat u entużasjt ħafna imma nħoss li l- komiċita tiegħi tista’ tgħin ħafna kif wieħed għandu jippreżenta. Nixtieq inbiddel l-istil ta hawn Malta u li preżentatur għandu jkun komiku u mhux daqshekk formali. B’riżultat li n-nies tad dar titfagħlhom tbissima għax fl-aħħar mill-aħħar dik l-iktar ħaġa important,” ikkummenta Matthew Sant Sultana ma’ newsbook.com.mt.

Mhux Kemm Taf!! se jibda jixxandar mill-Ħamis 1 ta’ Ottubru fis-6pm fuq l-istazzjon One.