“Inħobbok issa u għal dejjem” – Diane lil Ray

Ritratt: Facebook/DianeNikolic

Awguri lill-attur u preżentatur Ray Attard li llum qed jiċċelebra għeluq id-59 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-1 ta’ Settembru tal-1961.

Fost id-diversi messaġġi li kellu f’għeluq sninu kien hemm dak ta’ martu Diane Nikolic. Huma żżewġu s-Sibt li għadda.

Fil-messaġġ tagħha Diane ddeskriviet lil Ray bħala persuna b’qalb kbira, u missier tal-għaġeb.

“Grazzi talli int min int! Talli dejjem tagħmel dak kollu possibbli għalijja, talli poġġejt tbissima fuq wiċċi u fuq wiċċ ħaddieħor. Fuq kollox grazzi għall-imħabba u r-rispett,” kitbet Diane waqt li ddikjarat li Ray huwa dejjem is-super eroj tagħha.

“Inħobbok issa u għal dejjem,” temmet tgħidlu hi.

HAPPY BIRTHDAY to my darling husband Ray A true gentleman with a big heart , an absolutely amazing father .Thankyou …

Posted by Diane Nikolic on Tuesday, September 1, 2020

Lil Ray Attard mill-istaġun tal-ħarifa se nkunu qed narawh mat-tim ta’ ġurija tal-ewwel edizzjoni tal-programm Malta’s Got Talent. Huwa wkoll attur magħruf u bħalissa qed narawh ukoll fir-repetizzjonijiet ta’ sensiliet bħal Ipokriti u Klassi Għalina. Kien ukoll fost il-protagonisti ta’ sensiliet bħal Kuġini u Fenomeni, kif ukoll kien jinterpreta l-karattru ta’ George Said fis-sensiela Santa Monika.

Ritratt: Facebook/Malta’sGotTalent

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.