“Inħobbok” – ħu Karl li miet wara li nirien ħakmu l-jott tiegħu f”Għawdex

’Inħobbok għal dejjem‘ dawn kienu l-aħħar kliem li Chris Pace ħu Karl Pace kitiblu fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu fuq il-midja soċjali biex isellem il-memorja ta’ ħuh. Karl Pace miet it-Tlieta li għadda fl-Isptar Mater Dei wara li f’Ġunju li għadda kien involut f’inċident fejn il-jott tiegħu nħaraq waqt li kien fuqu. Karl kellu madwar 60% ħruq madwar ġismu.

Fil-messaġġ tiegħu fuq Facebook, Chris semma diversi avvenimenti f’ħajjithom fosthom meta hu kien għadu adolexxenti u Karl kien beda programm ta’ riabilitazzjoni biex jegħleb il-vizzju tad-droga. Chris semma kif dak iż-żmien huwa ħass li tilef lil ħuh u ma kellux fuq min idur u għalhekk irribella.

Chris iddiskriva lil ħuh bħala persuna li l-ebda sett ta’ regoli ma kien se jagħmel it-trasformazzjoni u kien Karl innifsu li sab kif jgħin lilu nnifsu u għamel ir-regoli għalih. Żied li għal bidu huwa ma setax jifhem lil Karl u kien jaħseb li dan huwa l-mod kif Karl jaħrab mir-responsabilitajiet tiegħu. Meta kiber irrealizza li l-unika aspettazzjonijiet u responsabilitajiet li kellu Karl kienu tiegħu nnifsu. Chris iddiskriva lil ħuh bħala bniedem li qatt ma kien ta’ rutina, li jkollu xogħol full time u dejjem għex il-ħajja daqs li kieku kienet l-aħħar ġurnata tiegħu.

Chris semma avveniment ieħor meta huwa sar missier u kien jara l-imħabba u l-ferħ ta’ Karl lejn in-neputijiet tiegħu f’għajnejh. Żied li ż-żewġ uliedu se jimmisjawh u se jkunu jafuh biss fl-ewwel snin ta’ ħajjihom.

Chris semma kif waqt li Karl kien qiegħed jieħu l-aħħar nifsijiet tiegħu, f’widnejh qallu dak kollu li ried jgħidlu fl-aħħar ġimgħat u ħassu fil-paċi li prova jagħmel dak li dejjem għallmu Karl li jħalli kollox jitlaq.

Huwa rringrazzja lil Karl li kien hemm matul dawn it-32 sena u wiegħdu li se jkun qed jagħmel minn kollox biex ikun kburi bih.

Dear KarlAs I sit on the morning Ferry from Gozo to Malta 2 days after you left this world, I feel the stillness in…

Posted by Chris Pace on Thursday, August 20, 2020