Jum speċjali għall-attriċi Tania Bartolo li bħalissa qed narawha fis-sensiela Iż-Żagħka fuq l-istazzjon Net. Hi u żewġha Joe qed jiċċelebraw 26 sena miżżewġin flimkien.
“Nawgura jum l-anniversarju lilna li lum għalaqna 26 sena miżżewgin. Nixtieq ngħiidlek grazzi talli dejjem kont pilastru miegħi dan iż-żmien kollu speċjalment din is sena li kienet ftit diffiċli ghalija. Inħobbok għal dejjem” – kien il-messaġġ tagħha lir-raġel tagħha.

Bartolo hi magħrufa għas-sehem tagħha f’għadd ta’ sensiliet oħra fuq it-televiżjoni fosthom Ħażen u Mrar kif ukoll Santa Monika.

Awguri lil din il-koppja għal aktar snin ta’ hena u mħabba.