Inħelset mill-akkużi ta’ traffikar wara li ġiet akkużata darbtejn bl-istess akkuża

Mara ta’ 48 sena nħelset mill-akkużi ta’traffikar fuq każ wieħed wara li kienet qed tiġi akkużata darbtejn fuq l-istess akkużi dawk ta’ traffikar ta’ droga. Dorothy Refalo kienet qed tiġi akkużata bi traffikar u pussess aggravat ta’ droga eroina f’Lulju u Awwissu tal-2009. F‘Marzu tal-2010 hija reġgħet ġiet akkużata bl-istess akkużi. Din ma kinitx l-ewwel darba li Refalo ġiet akkużata b’pussess u traffikar tal-eroina.

Fil-liġi Maltija persuna ma tistax tiġi akkużata darbtejn fuq l-istess akkużi. Hija appellat mis-sentenza fis-26 t’April u tnaqqset is-sentenza ta’ priġunerija tagħha minn sentejn u nofs għal sena. L-Imħallef Giovanni Grixti qal li l-prinċipju ta’ ne bis in dem ma setax jiġi applikat minħabba li l-każ kien għadu għaddej.

Il-Qorti f’Għawdex osservat li l-akkużi li saru f’Lulju u Awwissu tal-2009 kienu inklużi f’Marzu tal-2010 u l-erba’ snin preċedenti li għalihom hija kienet qed tiġi diġà akkużata. Il-Qorti ħeġġet lill-Pulizija biex jikkordinaw aktar bejn dipartimenti differenti sabiex jiġu evitati dawn l-inċidenti.

L-iskwadra ta’ kontra d-droga fetħet fergħa f’Għawdex biex tassigura li jkun hemm iktar koordinazzjoni fil-ġbir tal-evidenza bejnhom u l-pulizija tad-distrett f’Għawdex.

Fil-passat Refalo kienet instabet ħatja li kienet kellha fil-pusses tagħha d-droga eroina u kienet tixtriha minn Malta għax irħas.

Kienet tixtri droga minn Malta għax prezz aħjar; 16-il xahar ħabs

“L-ebda tip ta’ droga m’għandha tiġi legalizzata” – Il-Maġistrat Mifsud