Jinħeles ir-raġel akkużat bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti

Chantelle Chetcuti

Read in English.

Ir-raġel mixli bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti, inħeles mill-arrest mill-Maġistrat Rachel Montebello wara li wieġeb mhux ħati ta’ dan ir-reat. L-agressur, Justin Borg minn Ħal Safi, huwa akkużat li fi Frar li għadda qatel lil Chetcuti b’daqqiet ta’ sikkina f’Ħaż-Żabbar.

Il-Maġistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €25,000 u garanzija personali ta’ €20,000. Il-Qorti ordnat ukoll lil Borg biex imur jiffirma l-għassa ta’ kuljum. Il-Qorti saħqet li Borg irid jidħol id-dar sat-8pm u ma joħroġx qabel il-5am.

Chantelle Chetcuti nqatlet permezz ta’ diversi daqqiet ta’ sikkina.

Fi Frar, Borg ġie akkużat bil-qtil ta’ Chetcuti. Hu kien akkużat ukoll li kien qiegħed iġorr sikkina mingħajr permess, kien fil-pusses ta’ droga kokaina u kiser il-paċi pubblika. Justin Borg mar minn jeddu d-depot tal-Floriana ftit tal-ħin wara l-inċident.