“Inħeġġeġ lil kulħadd jagħmel bħali” – Vanessa

Bħala ringrazzjament għal dak kollu li Puttinu Cares qed jagħmlu magħhom, Vanessa Gatt, omm iċ-ċkejkna Emily li bħalissa tinsab rikoveratfi sptar ġewwa Londra, iddeċidiet li tagħti xi ħaġa lura u għalhekk għal għeluq sninha xtaqet li jingħataw donazzjonijiet għal Puttinu. Dan permezz ta’ fundraiser fuq il-paġna personali tagħha ra’ Facebook.

Is-somma miġbura kienet dik ta’ €4,000.

“Ma nafx x’kont nagħmel kieku m’hawnx intom,” kitbet Vanessa fuq il-paġna tagħna, b’riferenza għal Puttinu.

“Inħeġġeġ lil kulħadd jagħmel bħali għax veru bħal ma jgħidu qatt ma tkun taf meta jmiss lilek! Grazzi”, kompliet kitbet il-mara.

Anki Puttinu rringrazzjaw l-inizjattiva ta’ Vanessa Gatt.

“Minkejja t-tbatija kbira li għaddejja minnha Vanessa. il-mamà ta’ Emily xtaqet tagħti rigal lil Puttinu f’għeluq sninha. Ġabret ‘il fuq minn €4000 u minn qalbna ngħidulha grazzi. Inħeġġu lil kulhadd joffri talba għal Emily li llum se terġa’ tagħmel operazzjoni oħra,” ikkummentaw Puttinu.