“Inħarsu ‘l quddiem biex il-pajjiż jiġġedded b’tibdil kostituzzjonali” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-pajjiż għandu jħares ‘il quddiem biex jiġġedded b’tibdil kostituzzjonali waqt li tenna l-impenn tiegħu biex dan iseħħ.
Huwa qal dan waqt ċerimonja organizzata mill-Partit Laburista u li matulha sellem lil Malta Repubblika.
Il-Prim Ministru insista li waqt li l-pajjiż qed jiċċelebra t-43 sena mill-kisba tar-Repubblika, ma għandux iħares biss lura lejn ċelebrazzjonijiet u tifkiriet.
Dr Muscat kien akkumpanjat minn membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, membri tal-grupp parlamentari, membri tal-kunsill lokali tal-Marsa u attivisti oħrajn.