Inħareg il-permess mill-Italja għall-Interconnector bejn Malta u Sqallija

Il-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma ħabbar li nħareġ il-permess għall-Interconnector bejn Malta u Sqallija mill-Ministeru tal-Ambjent f’Ruma l-Italja.

Fi stqarrija ntqal li dan il-permess inħareġ nhar il-Ħamis, 28 ta’ Marzu u jinkludi fih l-awtorizzazzjoni għall-konnessjoni ta’ Interconnectors f’Marina di Ragusa u jkopri l-awtorizzazzjoni biex jitpoġġew kejbils taħt it-toroq li jagħtu għal Terna Substation f’Ragusa.

Dan il-permess inħareġ wara li kienet inħolqot problema li rotta tal-kejbil kif propost kienet se tgħaddi minn go territorju tat-tfixxija taz-zejt fil-baħar ta’ kumpanija Taljana.

Il-komunikat temm jgħid li din l-Awtorizzazzjoni, tagħmel referenza wkoll għall-qbil li kien hemm bejn l-Enemalta, il-Proviċja ta’ Ragusa u l-Komun ta’ Ragusa għal kumpens ambjentali ta’ €500,000 u €600,000 rispettivament, kif mifthiem mill-gvern preċedenti.