“Inħalluh arrestat għax ma rrispettax l-awtoritajiet” – Maġistrat

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech sostniet li ladarba persuna ma rrispettatx l-awtoritajiet, mela għandha tibqa’ taħt arrest.

Dan qalitu waqt is-smigħ tal-każ ta’ raġel li qed jiġi akkużat li aggredixa żewġ uffiċjali tal-pulizija wara li għamilha ta’ bir-ruħu li kien mitluf minn sensih fil-Marsa. Fil-Qorti ġie spjegat li meta dawn marru fuq il-post u resqu lejn ir-raġel li ħasbu li kien mitluf minn sensieh u qam għalihom, aggredihom u saħansitra gidem wieħed mill-uffiċjali.

Ir-raġel li għandu 32 sena u twieled fi Tripoli ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u li falla milli jobdi l-ordnijiet tal-pulizija. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Minkejja t-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat irrifjutat din it-talba.