Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi qal li nhar il-Ġimgħa li ġej, il-Gvern se jkun qed iħabbar jekk l-iskejjel hux se jkomplu nhar it-Tnejn.
Mistoqsi fil-Parlament, Bonniċi qal li l-iskejjel se jdumu magħluqin sal-Ġimgħa u għalhekk aktar tard din il-ġimgħa l-Gvern se jħabbar x’se jkun se jsir.
Hu qal li l-ikbar uġigħ ta’ qalb hu li ta’ kuljum jirċievi numru ta’ imejls ta’ ġenituri ta’ tfal li għandhom LSE u bħalissa jinsabu d-dar.
Bonniċi qal li b’daqqa ta’ firma ħassar l-isforzi kollha li l-Gvern kien għamel biex ipoġġi dawn it-tfal ‘on the same level playingfield’ ma’ tfal oħra.
Bonniċi stqarr li dik kienet miżuri dovuta biex il-virus ma jinxteridx iktar.
Hu qal li sal-lum jista’ jgħid li l-eżamijiet tal-Matsec se jsiru.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.