​Ingredjent fil-green tea jista’ joqtol il-kanċer

Riċerka li saret dan l-aħħar f’Singapore turi kif ingredjent ewlieni fil-green tea joqtol iċ-ċelloli tal-kanċer b’mod aktar effettiv.
Il-grupp ta’ riċerkaturi fi ħdan l-A*STAR, l-Aġenzija għax-Xjenza, it-Teknoloġija u r-Riċerka, ħolqu ‘missili’ li jużaw l-epigallocatechin gallate, li minbarra li jfejqu, jipproteġu s-sistema immunitarja. Barra minn hekk hemm inqas ċans li jidħlu f’organi li ma jkollhomx bżonn kura, u b’hekk jonqsu l-effetti tal-mediċini fuq il-ġisem.
Għadu mhux magħruf meta din il-mediċina se tasal għand it-tobba biex jagħtuha lill-pazjenti, iżda t-tim jinsab determinat li tibda tintuża malajr kemm jista’ jkun.