Ingliża tħabbar li se twelled it-22 tarbija tagħha

Mara Ingliża li hija l-omm tal-ikbar familja fl-Ingilterra ħabbret li reġgħet tinsab tqila u issa se jkollha t-22 tarbija tagħha.

Sue Radford li għandha 44 sena, u r-raġel tagħha Noel li għandu 48 sena, ħabbru dan permezz ta’ filmat fuq Youtube fejn uriet ritratt tal-ultrasound li fih tidher it-tarbija mistennija.

Il-koppja tgħix f’Morecambe f’Lancs flimkien mal-21 wild tagħhom. Huma kienu qalu li l-aħħar tarbija li kellhom fl-2018 kienet se tkun l-aħħar waħda. Madanakollu, fil-filmat Sue spjegat li issa reġgħet tqilha u tinsab fil-15-il ġimgħa tat-tqala tagħha.

It-tarbija mistennija titwieled f’April. Sue qalet li tixtieq li jkollha tifel hekk kif l-aħħar tarbija li kellha kienet tifla.

Sue u Noel ma jirċievu l-ebda tip ta’ benefiċċji iżda jżommu l-familja ħajja grazzi għal forn tal-familja stess. Huma jgħixu f’dar li għandha 10 sodod u li xtraw lura fl-2004.

It-tfal huma Chris, 30, Sophie, 25, Chloe, 23, Jack, 22, Daniel, 20, Luke, 18, Millie, 17, Katie, 16, James, 15, Ellie, 14, Aimee, 13, Josh, 12, Max, 11, Tillie, nine, Oscar, seven, Casper, six, Hallie, three, Phoebe, two u Archie ta’ 18-il xahar. Lura fl-2014, is-17-il tarbija tal-familja, Archie, twieled mejjet.

Filwaqt li Chris u Sophie issa qed jgħixu għal rashom, il-bqija tat-tfal għadhom jgħixu ma’ ommhom u missierhom.