Ingliż residenti x-Xgħajra rrappurtat nieqes

Raġel Ingliż ta’ 46 sena kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar l-10 t’Awwissu.
L-Ingliż Robert James Carrick deher l-aħħar fir-residenza tiegħu fix-Xgħajra. Huwa għandu għajnejh kannella u xagħru ta’ lewn griż.
Kull min għandu xi informazzjoni hu mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija.