Ingliż l-isptar wara inċident fi Triq il-Kosta

Sewwieq Ingliż ta’ 40 sena spiċċa l-isptar wara li aktar kmieni dalgħodu, baqa’ dieħel ġo crash barrier bil-karozza tiegħu fi Triq il-Kosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:50am fi Triq il-Kosta, direzzjoni San Ġiljan.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili, tat-tifi tan-nar u ambulanza li ħadet lir-raġel Ingliż li jgħix Buġibba, l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. 

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates