Ingliż fi “kriżi mentali” jmut wara li nżamm mill-Pulizija

Ingliż miet wara li nżamm mill-Pulizija meta deher li kien qed ikollu kriżi mentali.
Skont il-pulizija, ir-raġel ta’ 35 sena kien fi stat aġitat meta ssejħet għalih il-Pulizija wara rapporti li kien qed jipprova jidħol fil-ġonna tad-djar f’Polsted Road f’Lewisham.
Ambulanza issejħet fuq il-post il-Ġimgħa fis-2:20pm u l-paramediċi waslu qabel ma saħħet ir-raġel bdiet sejra għal-agħar. Ir-raġel ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat mejjet aktar tard.
Għaldaqstant bdiet investigazzjoni sabiex jinstab x’wassal biex ir-raġel tilef ħajtu u nġabru wkoll il-filmati kollha mill-cameras li jkollhom fuqhom il-Pulizija li assistew fuq il-post.