Ingliż jingħata l-libertà wara li pprova jdaħħal id-droga permezz tal-posta

Raġel Ingliż residenti Malta li għandu 24 sena tressaq b'arrest il-Qorti wara li fil-jiem li għaddew ipprova jdaħħal Malta, ammont ta’ droga kannabis permezz tas-servizz tal-posta.
Minn tfittxijiet li saru fir-residenza tar-raġel mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, ġew elevati sustanzi illeċiti oħrajn, b’mod partikolari d-droga ecstasy.
Il-Pulizija elevat ukoll oġġetti oħra li jindikaw li d-droga misjuba kienet sejra tiġi traffikata.
Fil-Qorti, r-raġel wieġeb mhux ħati ta' importanzzjoni tad-droga u ingħata l-libertà proviżorja.
Waqt li ċaħad li huwa traffikant, l-akkużat ammetta d-dipendenza tiegħu fuq id-droga.