Ingliż akkużat li darab Spettur tal-Pulizija

Paul Allen Sneddon, Ingliż iżda residenti f’San Pawl il-Baħar ingħata l-libertà proviżorja wara li ġie arrestat u mixli li ħebb għall-Pulizija waqt il-karnival tas-sajf.
Huwa kien mixli wkoll li darab lill-Ispettur Godwin Scerri.
Sneddon ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €350 u garanzija personali ta’ €2,000.