Inġiniera tirċievi l-premju tal-President għall-volontarjat

Iż-żagħżugħa Pauline Bartolo rebħet l-premju tal-President għall-volontarjat 2012.

Bartolo, li għandha 28 sena mill-Mosta, tmur għal diversi drabi fis-sena il-Kenja biex tgħin fil-proġett ‘Kid’s Palace’. Dan il-proġett jikkonċerna l-edukazzjoni ta’ tfal u jservi wkoll bħala ‘day centre’.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha fuq facebook, hi qalet li tinsab ferm onorata li rċeviet dan il-premju li ma kienx mistenni, u ddedikat dan il-premju lit-tfal kollha fil-Kenja li huma parti mill-proġett.

Hija gradwat mill-Università ta’ Malta fl-inġinerija.

Bartolo rċeviet il-premju l-Erbgħa filgħaxija, mill-President ta’ Malta Dr George Abela, u wieħed seta’ jara l-emozzjonijiet tagħha hi u tirċievi l-premju.