Inġiniera Maltija ħassitha komda fl-ikbar ‘garbage village’ fl-Afrika

Pauline Bartolo hija żagħżugħa mill-Mosta li għadha kemm rebħet il-premju tal-President għall-volontarjat għall-2012.

Newsbook tkellem ma’ Pauline dwar x’inhu dak li jħajjarha titlaq minn darha sabiex tgħin lill-ifqar fost il-fqar.

B’umiltà kbira tgħid li ħassitha komda titlaq il-ħajja komda tagħha u tmur f’pajjiżi bħall-Eġittu, il-Peru u l-Kenya, biex tgħin lil ħaddieħor. Tispjega kif se jintużaw il-flus tal-premju.

Fil-preżent Pauline, li għandha 28 sena, tmur diversi drabi fis-sena il-Kenja biex tgħin fil-proġett ‘Kid’s Palace’. Dan il-proġett jikkonċerna l-edukazzjoni ta’ tfal u jservi wkoll bħala ‘day centre’.

Hija rċeviet il-premju l-Erbgħa filgħaxija, mill-President ta’ Malta Dr George Abela, u wieħed seta’ jara l-emozzjonijiet tagħha hi u tirċievi l-premju.

Filmat u Ritratt: Daniel Balzan