Ingilterra: Taskforce ġdida biex twaqqaf l-estremiżmu fil-ħabs

Il-Gvern Ingliż ħabbar li se jwaqqaf task force ġdida magħmula minn esperti biex tieħu ħsieb titratta t-theddid ta’ radikaliżmu fil-ħabs.
Fi stqarrija l-Gvern Ingliż qal li t-tim se jkun magħmul minn 100 persuna li se jistudjaw id-dettalji tal-intelliġenza madwar l-Ingilterra bħala parti minn pjan biex jinqered l-estremiżmu fil-ħabs.

Skont il-Gvern Ingliż faċilitajiet korrettivi se jingħataw aktar taħriġ dwar kif jistgħu ikampaw ma’ theddid speċifiku, u li dan il-unit il-ġdid se jħarreġ lill-gwardjani tal-ħabs f’metodi aktar effiċjenti biex jikkontrollaw il-priġunieri li juru imġieba estrema.