Raġel akkużat bil-qtil ta’ ġurnalista fl-Irlanda

Raġel ta’ 52 sena hu akkużat li qatel lill-ġurnalista Lyra McKee ġewwa Londonderry. Hu qed ikun akkużat ukoll li kellu fil-pussess arma tan-nar bil-għan li jpoġġi fil-periklu ħajjet il-persuna.

McKee li kellha 29 sena kienet qed tosserva l-irvellijiet li kienu qed iseħħu fil-propjetà ta’ Derry Creggan fil-ħin li nqatlet. Dan seħħ fit-18 ta’ April tal-2019.

Ir-raġel ta’ 52 sena minn Derry se jidher quddiem il-Maġistrat ta’ Londonderry illum. Il-Maġistrat qal li kien hemm numru ta’ individwi li kienu involuti mal-akkużat fil-lejl li nqatlet McKee. Hu żied jgħid li t-tfittxija għal aktar evidenza se tibqa’ għaddejja biex l-aggressur ikollu biżżejjed evidenza kontrih.

McKee kienet kittieba minn Belfast u li riċentament marret tgħix f’Derry. Hija nqatlet ftit taż-żmien wara.